Gwerer Puniċi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
 
No edit summary
Linja 1:
Il-'''Gwerer Puniċi''' kienu sensiela ta' tlett gwerer miġġielda bejn ir-[[Rumani]] u l-belt [[Feniċi|Feniċja]] ta' [[Kartaġni|Kartaġiniżi|Kartaġni]]. Jissejħu "Puniċi" għax ir-Rumani baqgħu jirreferu għall-Kartaġiniżi bħala Feniċi, billi l-kelma bil-[[Latin]] għall-feniċju għanda l-għerq 'Puniceus'.
 
Il-kawża prinċipali ta' dawn il-Gwerer Puniċi kien il-konflitt ta' interess bejn il-[[Kartaġiniżi]] u ir-[[Rumani]], kawżat minħabba l-espansjoni ta' dawn iż-żewġ ''superpotenzi'' tal-[[Baħar Mediterran|Mediterran]]. Ir-Rumani kienu interessati ħafna fil-portijiet u l-kolonji tal-Kartaġiniżi. Fil-bidu tal-Ewwel Gwerra Punika, Kartaġni kienet tiddomina l-[[Baħar Mediterran|Mediterran]], b'imperu marittimu kbir ħafna, filwaqt li Ruma bdiet issir il-mexxejja tal-popli Latini fl-Italja. Fl-aħħar tat-Tielet Gwerra Punika, Ruma kienet rebħet l-imperu sħiħ tal-Kartaġiniżi u ħassret lill-belt ta' Kartaġni minn wiċċ id-dinja, biex b'hekk Ruma saret l-iktar nazzjon potenti fil-Mediterran.