Indoewropew: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 3:
Il-lingwi tal-familja Indoewropeja jingħad li għandhom ''relazzjoni ġenetika'' (mhux fis-sens darwinistiku). Biex jigi ikkonstatat jekk lingwa għandhiex relazzjoni ġenetika ma' lingwa oħra, il-lingwi jiġu mqabbla fuq il-bażi tar-regoli [[Fonetika|fonetici]] tagħhom. Billi jmorru lura f'numru ta' rikostruzzjonijiet, il-lingwisti huma kapaci [[Estrapolazzjoni|jestrapolaw]] u jaslu għall-protolingwa. Naturalment ma jeżistux sorsi miktuba ta' l-Indoewropew.
 
==''Sprachbund'' vs. Relazzjoni Ġenetika==
Ta' min jiddistingwi bejn, l-hekk imsejjaħ ''[[Sprachbund'']] u r-''[[Relazzjoni Ġenetika'']]. ''Sprachbund'' hija kelma Ġermaniża li tfisser "unjoni/għaqda lingwistika" u tiġi użata mil-lingwisti f'diversi lingwi bħala kelma teknika. Bħala ''Sprahchbund'' nifhmu grupp ta' Lingwi li x-xebh ta' bejniethom hu bbażat fuq kuntatt lingwistiku li seħħ f'ċertu punt ta' l-evoluzzjoni tal-lingwa osservata. Dawn il-lingwi ma jistgħux ikunu ġenetikament relatati – jekk tassew, din tkun relazzjoni mbiegħda ħafna. Dan huwa dak li jagħżel ''Sprachbund'' minn ''Familja Lingwistika'', li għaliha, ir-relazzjoni ġenetika hija essenzjali. L-Indoewropew ma ġiex iffurmat fi ''Sprachbund'' iżda tnissel minn familja waħda. ''Sprachbund'' tingħaraf mill-fatt li relazzjoni bejn żewġ lingwi ma turix xebh fil-vokabularju biss iżda xebh fl-istruttura wkoll.
 
Fi kliem aktar ġenerali, nistgħu ngħidu li lingwi ta' l-ewwel tip għandhom l-istess omm, l-oħrajn kienu ġirien għal żmien twil.