Herbert Ganado: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''Herbert Ganado''' ([[7 ta' April]] [[1906]] - [[5 ta' April]] [[1979]]) Avukat, President ta' l-Azzjoni Kattolika, editur, politiku u awtur.
 
Ganado iggradwa bħala avukat Fl-1931. Meta kien student fl-Universita' ta' Malta kien il-President tal-Kunsill ta' l-Istudenti. Ha sehem kbir fil-ħajja reliġjuza ta' Malta; Kien President ta' l-Azzjoni Kattolika u attiv fis-Soċjeta' ta' San Vincenz de Paul. Kien ukoll editur ta' ''Leħen is-Sewwa'' fejn waqt il-[[gwerra ċivili Spanjola]] kiteb artikli favur id-dittatur [[Franco]]. L'aktar artiklu kontroversjali fuq il-waqà ta [[Madrid]] bit-titlu ''Dħalna Madrid'', kif ukoll is-smpatiji tiegħu lejn l'Italja [[Faxxiżmu|Faxxista]] wasslu biex fl-1940, jiġi internat u fl-1942, eżiljat lejn l-Uganda.
 
Wara li nġieb lura Malta, daħal fil-politika u beda jaħdem fil-[[Partit Nazzjonalista]]. Dam fil-partit sa l-1958 meta waqqaf il-Partit Demokratiku Nazzjonalista. Ganado oppona il-politika ta' [[Gorġ Borġ Olivier]], kien kontra l-''Integration'' u ''l-Indipendenza''. Fl-elezzjonijiet ta' l-1962 ġie elett minn zewġ distretti iżda fl-1966 wara riżultati fjakki ħareg mill-politika għall kollox.
Linja 11:
[[Category:Twieldu fl-1906]]
[[Category:Mietu fl-1979]]
 
[[Category:Nies Maltin]]