Nana (rumanz): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Referenzi <> Ħoloq Esterni
No edit summary
Linja 6:
Sena qabel ma beda jikteb ''Nana'', Zola kien għadu ma jaf xejn dwar it-[[Théâtre des Variétés]]. [[Ludovic Halévy]] stiednu biex jattendi operetta miegħu hemm fil-15 ta’ Frar 1878, u ħadu wara l-kwinti. Halévy rrakkontalu bosta stejjer dwar il-ħajja amoruża tal-istilla, [[Anna Judic]], li l-''ménage à trois''’ tagħha serva bħala l-mudell għar-relazzjonijiet ta' Rose Mignon, ir-raġel tagħha, u Steiner fir-rumanz ta' Zola. Halévy ipprovda wkoll lil Zola bi stejjer dwar prostituti famużi li Zola uża fl-iżvilupp tal-karattru tal-protagonista. Iżda kienet Valtesse de La Bigne, li pinġewha kemm [[Édouard Manet|Manet]] kif ukoll Henri Gervex, li l-iktar ispiratu; kienet hi li ġiet immortalizzata fir-rumanz skandaluż tiegħu ''Nana''.<ref>Hewitt, Catherine. ''The mistress of Paris : the 19th-century courtesan who built an empire on a secret''. Londra. ISBN 978-1-78578-003-5. OCLC 924600273.</ref>
 
== It-trama fil-qoso rqosor==
Ir-rumanz ''Nana'' jirrakkonta l-istorja tal-axxendenza ta' Nana Coupeau minn mara tat-triq għal prostituta ta' klassi għolja matul l-aħħar tliet snin tat-Tieni Imperu Franċiż. Il-protagonista, Nana, dehret l-ewwel darba lejn it-tmiem tas-serje ''Les Rougon-Macquart'' ta' Zola, ''L'Assommoir'' (1877), fejn kienet bint sakranazz abbużiv. Fit-tmiem ta’ dak ir-rumanz, hija kienet fit-toroq u kienet għadha kemm bdiet il-ħajja tal-prostituzzjoni.