Tomaso Albinoni: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Albinoni.jpg|daqsminuri| Tomaso Giovanni Albinoni]]
'''Tomaso Giovanni Albinoni''' (8 ta' Ġunju 1671 - 17 ta' Jannar 1751) kien kompożitur tal-[[mużika Barokka|Barokk Taljan.]] Il-xogħlijiet tiegħu jinkludu opri, kunċerti, sonati għal wieħed sa sitt strumenti, sinfoniji, u kantati solo.<ref>{{ĊitaNorwich, ktieb|url=John Julius (1990). Oxford Illustrated Encyclopedia Of The Arts. USA: Oxford University Press. pp. 11. ISBN 978-0198691372. [https://archive.org/details/oxfordillustrate00norw|paġni=][https://archive.org/details/oxfordillustrate00norw/page/11 11]|isbn=978-0198691372}}</ref> Filwaqt li fi żmienu kien famuż bħala kompożitur tal-opra, illum il-ġurnata huwa aktar magħruf għall-mużika strumentali tiegħu, speċjalment il-kunċerti.<ref name="britannica">Tomaso NGiovanni Albinoni fl-Encyclopædia Britannica [https://www.britannica.com/biography/Tomaso-Giovanni-Albinoni]</ref> iftakruhNiftakruh ukoll għax-xogħol imsejjaħ "[[Adaġju fil-minuri|Adagio fis-Sol minuri]]", li waqt li hu attribwit lilu, jgħidu li kitbu [[Remo Giazotto]] [[Mużikologu|, mużikologu]] u kompożitur tas-seklu 20, li kien katalogatur tax-xogħlijiet ta' Albinoni.<ref>{{Ċita web|url=[http://www.classicfm.com/composers/albinoni/music/tomaso-albinoni-adagio-g-minor/}}]</ref>
 
== Bijografija ==
Twieled [[Venezja]], ir-Repubblika ta’ Venezja, minn Antonio Albinoni, negozjant għani tal-karti u studja l-vjolin u l-kant. Nafu relattivament ftit dwar ħajtu, li huwa sorprendenti meta nqisu l-istatura kontemporanja tiegħu bħala kompożitur, u l-perjodu ddokumentat sewwa li għex fih. Fl-1694 iddedika l-Opus 1 tiegħu lill-Kardinal [[Pietro Ottoboni (kardinal)|Pietro Ottoboni]] (neputi tal- [[Papa Alessandru VIII]] ), Venezjan bħalu. L-ewwel opra tiegħu, ''Zenobia, regina de Palmireni'', ittellgħet Venezja fl-1694. Jista' jkun li Albinoni kien impjegat fl-1700 bħala vjolinist ma' Karlu IV, Duka ta' Mantova, li lilu ddedika l-ġabra Opus 2 tiegħu ta' mużika strumentali. Fl-1701 kiteb is-suites Opus 3, popolari ħafna, u ddedika dik il-kollezzjoni lil [[Ferdinando de 'Medici, il-Gran Prinċep tat-Toskana|Ferdinando de'medici, il-Gran-Prinċep tat-Toskana.]]<ref name="britannica"></ref>
 
Fl-1705, iżżewweġ lil Margherita Rimondi; Antonino Biffi, il- ''maestro di cappella'' ta ’ San Marco kien xhud, u jidher ċar li kien ħabib ta’ Albinoni. Madankollu jidher li Alninoni ma kellu l-ebda rabta oħra ma’ dik l-istituzjoni mużikali, l-aqwa waħda Venezja, u kiseb il-fama bikrija tiegħu bħala kompożitur tal-opra f’ħafna bliet fl-Italja, fosthom Venezja, [[Ġenova]], [[Bolonja]], [[Mantova]], [[Udine]], [[Piacenza]], u [[Napli]] . Matul dan iż-żmien, kien ukoll jikkomponi mużika strumentali bl-abbundanza: qabel l-1705, kien jikteb l-aktar [[Trio sonata|sonati għal tlieta]] u [[Kunċert għall-vjolin|kunċerti għall-vjolin]], iżda bejn daki iż-żmien u l-1719 kiteb [[Sonata (mużika)|sonati]] għal wieħed u kunċerti għall-oboe .<ref name="britannica"></ref>
 
B'differenza mill-biċċa l-kbira tal-kompożituri kontemporanji, jidher li qatt ma fittex kariga fil-knisja u lanqas f'qorti nobbli, imma mbagħad kellu mezzi indipendenti u seta' li jikkomponi l-mużika mingħajr qliegħ. Fl-1722, Massimiljanu II Emanwel, l-Elettur tal-Bavarja, li lilu Albinoni kien iddedika sett ta' tnax-il kunċert, stiednu biex jidderieġi tnejn mill-tiegħu fi [[Munich]].
 
Madwar l-1740, ġabra ta' sonati għall-vjolin ta' Albinoni ġiet ippubblikata fi Franza bħala xogħol postum, u l-istudjużi assumew għal ħafna żmien li dan kien ifisser li Albinoni kien miet sa dak iż-żmien. Madankollu, jidher li għex f'Venezja fl-oskurità; dokument fil-parroċċa ta' San Barnaba jindika li Tomaso Albinoni miet f’Venezja fl-1751, bid- dijabete mellitus . <ref>Giazotto, Remo (1945) Tomaso Albinoni : musico di violino dilettante veneto : (1671–1750) : con il catalogo tematico delle musiche per strumenti, 197 esempi musicali e 14 tavole fuori testo; Milano : F.lli Bocca.</ref>
 
== Il-mużika u l-influwenza ==
[[Stampa:Albinoni_-_Egizio_-_Colla_by_Pietro_Bettelini.png|daqsminuri| Inċiżjoni tal-kompożituri Taljani Tomaso Albinoni, Domenico Gizzi (Egizio) u Giuseppe Colla minn Pietro Bettelini, fuq tpinġija ta' Luigi Scotti]]
Ħafna mix-xogħlijiet operistiċi tiegħu ntilfu, l-aktar minħabba li ma ġewx ippubblikati matul ħajtu. Madankollu, ġew ippubblikati disa' kollezzjonijiet ta' xogħlijiet strumentali. Dawn intlaqgħu b'suċċess konsiderevoli u reġgħu ġew stampati spiss. Allura llum aktar hu magħruf bħala kompożitur tal-mużika strumentali (99 sonata, 59 kunċert u 9 sinfoniji). F’ħajtu dawn ix-xogħlijiet tkienu meqjusin tal-istess livell bħal dawk ta’ [[Arcangelo Corelli]] u [[Antonio Vivaldi]] . Id-disa’ kollezzjonijiet tiegħu ppubblikati l-Italja, Amsterdam u Londra kienu kienu ddedikati jew finanzjati minn lista impressjonanti ta’ nobbli tan-Nofsinhar tal-Ewropa. Albinoni kiteb mill-inqas ħamsin opra, li minnhom tmienja u għoxrin ittellgħu Venezja bejn l-1723 u l-1740. Albinoni nnifsu sostna li kiteb 81 opra (billi sejjaħ it-tieni opra mill-aħħa fil-librett tagħha, it-80 opra tiegħu). <ref name="Grove1">.Michael Talbot, "Tomaso Albinoni", Grove Music On-line. Oxford Music On-line, [http://www.oxfordmusiconline.com/subscriber/article/grove/music/00461 (accessed 30 December 2011).]</ref> <ref name="baroquemusic.org">[http://www.baroquemusic.org/bqxalb.html Baroque Composers and Musicians: Tomaso Albinoni]</ref> Minkejja l-produzzjoni operistika enormi tiegħu, illum huwa l-iktar magħruf għall-mużika strumentali tiegħu, speċjalment il-kunċerti għall-oboe (mill-ġabra ''12 Concerti a cinque'' op. 7 u, l-iktar mill-ġabra famuża ħafna, ''[[12 Concerti a cinque (Albinoni)|12 Concerti a cinque]]'' op. 9). Huwa l-ewwel Taljan li nafu li uża l-oboè bħala strument solo fil-kunċerti (c. 1715, fl-op. 7 tiegħu) u li ppubblika xogħlijiet bħal dawn.<ref>George J. Buelow, [https://books.google.com/books?id=aw1TTtpp4FwC&pg=PA467 ''A history of baroque music''], Indiana University Press, 2004, p. 467.</ref> Barra minn hekk Albinoni dan l-istrument użah spiss fix-xogħlijiet ''da camra'' u fl-opri tiegħu.
 
Il-mużika strumentali tiegħu ġibdet ħafna attenzjoni minn [[Johann Sebastian Bach]], li kiteb mill-inqas żewġ fugi fuq it-temi ta' Albinoni (''Fuga fil-La maġġuri fuq tema ta’ Tomaso Albinoni,'' BWV 950, u ''Fugue ifis-Si minuri fuq tema ta ’Tomaso Albinoni'', BWV 951) u spiss uża l-aemoniji baxxi tiegħu għal eżerċizzji armoniċi tal-istudenti tiegħu. Parti mix-xogħol ta' Albinoni ntilfet fit-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]] bil-qerda tal-Librerija Statali ta’ Dresden . Riżultat ta' dan, ftit li xejn huwa magħruf minn ħajtu u l-mużika tiegħu wara xi l-1710.