Herbert Ganado: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[image:Herbet Ganado Ritratt.jpg|thumb|right|350px|'''Herbert Ganado''']]

'''Herbert Ganado''' ([[7 ta' April]], [[1906]] - [[5 ta' April]], [[1975-9]]) avukat, president ta' l-Azzjoni Kattolika, editur, politiku u kittieb.
 
'''Herbert Ganado''' twieled fis-[[subborg]] tal-[[Furjana]] fis-7 ta’ April, ta’ l-1906. Isem Ganado jintrabat ma’ ħafna ħidma sfuża favur Malta u l-Maltin. Hemm diversi sferi pubbliċi fejn Ganado nħass fis-seklu għoxrin; aktarx li l-iktar tnejn huma l-[[ġurnaliżmu]] u l-[[politika]]. It-tnejn li huma kienu jistrieħu fuq dak li hu essenzjali biex jiftiehem il-karattru ta’ Herbert u biex fuq kollox tkun apprezzata l-ħidma tiegħu: il-konvinzjonijiet reliġjużi tiegħu li hu ma kien jibdilhom ma’ xejn. Jekk tneżża’ lil Ganado mit-twemmin tkun tlift kollox u l-kwadru jittappan. Ħajtu hija katina sħiħa ta’ episodji fejn hu niżel jikkumbatti bl-enerġija tiegħu lil min deher li ried jeqred ir-reliġjon li ġab [[Pawlu ta’ Tarsu]] fis-sena sittin wara Kristu. Dawn il-konvinzjonijiet ġabuh biex jaħdem id f’id ma’ l-[[Arċisqof Mikiel Gonzi]]. Ganado kien sar l-alleat tiegħu f’kull sens. Kellu qima lejh u ħadem għalih kemm fl-istampa kif ukoll fil-politika. Il-ġurnaliżmu u l-politika tawh l-ispazju perfett fejn jikkumbatti għall-prinċipji tiegħu.
Line 9 ⟶ 11:
Ganado kiteb li fl-Uganda kienu sabu ruħhom “f’wieħed minn dawk il-kampijiet tal-priġunieri li naraw fil-films.” Ganado ħa miegħu l-Uganda numru ta’ kotba fosthom l-Oxford Book of English Verse u d-Divina Commedia ta’ Dante Alighieri. Ganado irnexxielu jirbaħ it-trawma tal-kamp u kif jgħid hu stess hu flimkien ma’ oħrajn kienu ddeċidew li “ma nintelqux u nsibu rkaptu tal-post.”
 
Fl-[[1945]] ġie lura mill-Uganda u ntefa’ b’ruħu u ġismu fil-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]]. Id-deċiżjoni li jipparteċipa fil-politika b’mod attiv u fl-ewwel persuna trid tkun studjata fid-dawl tal-fatt li l-Knisja fis-snin ħamsin kienet qed tibża’ mill-effetti li seta’ jkollha l-Integration fuq ir-reliġjon u ftit wara minħabba l-paniku li laqat il-gżira li [[Dom Mintoff]] kien ser idaħħal il-[[Kommuniżmu]].
 
Tant hu hekk li Ganado jagħmilha ċara li fl-1958 telaq lill-partit ta’ [[Nerik Mizzi]] u [[Ugo Mifsud]] li dil-ħabta kien immexxi minn [[Giorgo Borg Olivier]] fuq żewġ punti ewlenin: il-P.N. ma kienx qed jiġġieled biżżejjed lil Mintoff u għax il-P.N. kien imexxi minn dittatur. Nies midħla tal-P.N. jsostnu wkoll li Ganado kellu ambizzjonijiet li jsir il-mexxej hu tal-P.N. flok Borg Olivier. Ganado kien ukoll kontra l-[[integrazzjoni]] u [[Jum l-Indipendenza (Malta)|l-indipendenza]]. Ganado kien avangardist fi ħsiebu. Kien jitkellem dwar l-Ewropa u lil Malta riedha hemm.
Line 26 ⟶ 28:
 
 
==Referenzi:==
 
* Carmel Farrugia, Polluted Politics 1933-1942, Background to the Deportations of Maltese Nationals in 1942 (Midsea Books Ltd: 1995).