Żejtun: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 94.17.233.129 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Kirito
Tag: Rollback
m ortografija
Linja 20:
|sit = [http://www.zejtun.gov.mt]
}}
Iż-'''Żejtun''' hu villaġġ ta' daqs medju fin-nofsinharNofsinhar ta' [[Malta]]. Iż-Żejtun għandu t-titlu ta' '''Città Beland''', li kien mogħti minn [[Ferdinand von Hompesch zu Bolheim]], Gran Mastru tal-[[Kavallieri Ospitallieri|Kavallieri ta' Malta]] fl-1797. Beland kien kunjom ommu.
 
Iż-Żejtun ħa ismu minn "żajtun" (żebbuġ bl-Għarbi). Hu wkoll magħruf bħala '''Ħal-Bisbut''' jew '''Bisbut Casal'''.
 
== Storja ==
Fil-Medjuevu id-distrett kollu madwar iż-Żejtun, jiġifieri t-tarf tan-Nofsinhar ta' Malta, kien magħruf bħala ''le Terre di Santa Caterina'', ("l-artijiet ta' Santa Katerina" bit-[[lingwa Taljana|Taljan]] billi t-Taljan kien il-lingwa uffiċjali dak iż-żmien). Matul dan il-perjodu għadd ta' rħula ġodda bħal [[Ħal-Għaxaq]] u [[Marsaxlokk]] ħarġu minn partijiet tal-Parroċċaparroċċa taż-Żejtun. Fis-snin medjevali, iż-Żejtun kien imiss maż-[[Żurrieq]] billi Birżebbuġa kienet għadha parti miż-Żurrieq. Ir-[[Dejma|reġiment tal-milizzja lokali]] taż-Żejtun kien wieħed mill-ewwel li ġie wiċċ imbwiċċimb wiċċ mal-forzi Ottomani fil-bidu tal-[[Assedju l-Kbir]] tal-1565, iżda l-belt kompliet issofri minn attakki mill-[[pirati]] Torok sal-1614, meta attakk mit-Torok kien megħlub mingħajr l-għajnuna tal-milizzji l-oħra. Il-belt kellha rwol minuri fil-Imblokk Franċiż tal-1799/1801 bħala kwartier għas-suldati. Din kienet waħda mill-ewwel bliet f'[[Malta]], barra miż-żoni fortifikati prinċipali ta' Malta, li kellha Ġnienġnien Pubblikupubbliku. Dan il-ġnien, Ġnien Luqa Briffa, għadu hemm sallumsal-lum. Dan hu msemmi għal suldat tal-kavallerija famuż ta' matul l-[[Assedju l-Kbir ta' Malta]].
 
Iż-Żejtun għadda l-ħakma Ingliża tal-gżejjer Maltin bħala post kwiet rurali fir-raba' ħadra ta' Wied Mazza. F'dan il-perjodu kien hemm wieħed mill-ħafna sptarijiet f'Malta għal suldati Ingliżi u Franċiżi feruti fil-[[Ewwel Gwerra Dinjija|Ewwel Gwerra Dinjija]]. Mill-Indipendenza ta' Malta 'l hawn iż-Żejtun kiber ħafna.
Linja 31:
==Kunsill Lokali==
[[Stampa:stclement.jpg|thumb|200px|xellug|Il-Kappella ta' San Klement madwar 1622]]
Bħalissa l-membri tal-Kunsill Lokali elett wara l-elezzjoni li saret fit-8 Marzu ta tal-2008 huma:
 
* Joe Attard B.A. (Hons), Sindku
Linja 48:
 
==Knejjes, kappelli u fdalijiet storiċi==
Ir-raħal fih diversi fdalijiet Rumani, fosthom Villa Rumana. Il-knisja prinċipali hi ddedikata lil [[Santa Katarina ta' Lixandra]]. L-ewwel ġebla tagħha tbierket fl-1692 u tlestiet fl-1720. L-ewwel arċipriet kien Dun Pawl Branchel. Qabel kien hemm knisja oħra ddedikata lil Santa Katerina li llum tinsab fit-tarf tal-belt u hi magħrufa min-nies bħala San Girgor, x'aktarx minħabba l-purċissjoni annwali ddedikata lil dan il-qaddis. Fiż-Żminijietżminijiet Medjevali din kienet tibda mill-[[Imdina]].
 
Iż-Żejtun għandu ħafna kappelli, fosthom ta' San Klement, tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb, tas-Salvatur, tal-[[Assunta]] (magħrufa bħala Santa Marija), l-Ispirtu s-Santu , Sant 'Anġlu, San Niklaw, Knisja tal-Madonna tal-Ħniena, Bir id-Deheb, il-Madonna ta' Lourdes, il-Madonna tas-Sinjura, u Santa Marija ta' Ħal Tmiem .
 
==Ħoloq esterni ==