Lady Gaga: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
mNo edit summary
mNo edit summary
Linja 16:
|URL = [http://www.ladygaga.com www.ladygaga.com]
}}
'''Stefani Joanne Angelina Germanotta''' ([[New York]], [[28 ta' Marzu]] [[1986]]), magħrufa aħjar bħala '''Lady Gaga''', hija [[kantant]]a [[Stati Uniti tal-Amerika|Amerikana]]. Lady Gaga tidherdehret fix-xena tal-mużika rock ta' [[Lower East Side]] f'New York City u daħlet f'Tisch School of the Arts, waħda fost l-iskejjel taħt l-[[Università ta' New York]]. Wara ffirmat kuntratt ma' Streamline Records, kumpanija li kienet tifforma parti mill-[[Interscope Records]]. Fl-ewwel żminijiet mal-Interscope, ħadmet bħala liriċista għal diversi kantanti stabbiliti u induna biha [[Akon]] li għaraf il-ħila vokali tagħha, u iffirmaha mad-ditta diskografika tiegħu, Kon Live Distribution.
 
L-ewwel album tagħha, ''[[The Fame]]'', li ħareġ fid-19 ta' Awwissu, 2008, laħaq l-ewwel post fir-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Irlanda, u fl-ewwel għaxra f'numru ta' pajjiżi madwar id-dinja; fl-Istati Uniti, laħaq it-tieni post tal-klassifika ''[[Billboard 200]]'' u l-ewwel post tal-klassifika Dance/Electronic Albums tal-istess ''[[Billboard]]''. L-ewwel żewġ kanzunetti tagħha, "[[Just Dance]]" u "[[Poker Face]]", miktuba u prodotti t-tnejn li huma minn [[RedOne]], għamlu suċċess internazzjonali, fejn spiċċaw fil-quċċata tal-[[Billboard Hot 100|''Billboard'' Hot 100]] fl-Amerika u rebħu unuri għall-Aqwa Album Elettroniku/Dance u l-Aqwa Recording Dance. Fil-bidu tal-2009 bdiet l-ewwel tour tagħha, [[The Fame Ball Tour]]. Fir-raba' kwart tas-sena, kienet ħarġet it-tieni album tagħha bl-isem ta' ''[[The Fame Monster]]'', li kien jinkludu l-kanzunetta "[[Bad Romance]]", waqt li bdiet it-tieni tour tagħha, [[The Monster Ball Tour]].