San Ġiljan (lokalità): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
added picture
mNo edit summary
Linja 9:
 
Tradizzjoni oħra marbuta mal-festa ta’ din il-lokalità hija l-Musketterija. Sa mill-1982, Kaċċaturi zammew it-tradizzjoni billi jisparaw kartocci vojta mimlija bil-trab iswed mil-bejt tal-knisja parrokkjali hekk kif l-istatwa tal-qaddis patrun toħroġ mill-knisja. Ħafna jgħidu li din it-tradizzjoni hija konformi ma' l-istorja tal-lokalità li kienet tkun isservi bhala post tal-kaċċa għall-Kavallieri ta’ Malta.<ref name=":0" />
 
== Żoni ta' Mportanza ==
Il-belt hija maqsuma f’diversi zoni li huma [[Paceville]], [[Ta’ Ġiorni]], [[Tal-Għoqod]] u [[St. Andrews]]. Hemm ukoll zoni li jiehdu isimhom mill-bajjiet li ghandhom bhal [[Bajja ta’ San Ġorġ]], il-Bajja ta’ [[Spinola]], il-Bajja ta’ [[Balluta]] u [[l-Qaliet]]. San Ġiljan huwa mfittex hafna mit-turisti speċjalment matul ix-xhur tas-sajf. Huwa wkoll wkoll post poloari mal-Maltin.
 
It-Torri ta' [[Portomaso]], huwa l-ghola bini ta’ Malta b’għoli ta’ 97.54 metru u jinsab f’San Ġiljan.<ref>https://web.archive.org/web/20150222073320/http://www.emporis.com/buildings/136726/portomaso-business-tower-saint-julians-malta</ref>
 
== Storja ==
 
=== Knejjes ===
L-aktar evidenza bikrija tal-[[Knisja ta' San Giljan]] hija dokumentata fiż-żjara pastorali tal-Isqof [[Tommaso Gargallo]] fl-1601, li jgħid li nbniet fl-1580 u kienet iddedikata lil San Ġiljan. Fl-1736, meta Monsinjur [[Alpheran de Bussan]] reġa’ żar San Ġiljan, huwa nnota li l-lokalità kienet diġà magħrufa bħala ''Portus Sancti Juliani'', jiġifieri wara l-qaddis patrun. Fl-1854, il-600 resident ta San Ġiljan appellaw lill-awtorità tal-knisja, sabiex issir parroċċa. Il-kapitolu f’Birkirkara pprotesta b’mod qawwi kontra din l-applikazzjoni u din ġiet miċħuda. L-applikazzjoni giet accettata fl-1891 u [[Dun Guzepp Scerri]] sar l-ewwel kappillan tal-parroċċa. <ref>https://www.stjuliansparish.org/storja/</ref>
 
Il-knisja parrokkjali preżenti kienet iddisinjata mill-arkitett Malti [[Arturo Zammit]] u l-ewwel ġebla tqeghdet fl-1961. Il-Knisja ntużat għall-ewwel darba fl-1968 meta kienet għadha ma nbnietx kompletament.<ref>https://www.stjuliansparish.org/storja/</ref> Il-Knisja laqgħet lill-[[Papa Ġwanni Pawlu II|Papa San Ġwann Pawlu II]] fl-ewwel żjara tiegħu f’Malta fis-27 ta’ Mejju, 1990.<ref>https://timesofmalta.com/articles/view/malta-joins-the-world-to-mourn-the-pope.94433</ref>
 
Il-Kappella maghrufa bhala ''[[Millenium Chapel]]'' giet mfassla mill-perit Malti [[Richard England (Perit)|Richard England]] u ġiet inawgurata fl-2000. Mal-kappella nsibu ġnien ta' meditazzjoni inawgurat f’Mejju 2018 bħala kenn għall-kontemplazzjoni u tranquilita fil-qalba taż-Żona ta ‘divertiment ta’ [[Paceville]].<ref>https://www.independent.com.mt/articles/2018-08-28/local-news/President-inaugurates-meditation-garden-at-Millennium-Chapel-6736195512</ref> Mibnija fuq l-inizjattiva u mmexxija minn [[Fr Hilary Tagliaferro]], din il-knisja hija mmexxija mill-patrijiet Agostinjani permezz tal-Milenium Chapel Foundation.<ref>https://timesofmalta.com/articles/view/watch-meditation-garden-to-open-at-pacevilles-millennium-chapel.686668</ref>
 
Fis-seklu dsatax, San Ġiljan kienet belt kostali kwieta magħrufa għall-arkitettura tagħha bħall-[[Palazz Spinola]] u gnien madwaru kif ukoll djar ta' vileggatura. I-bajja ta’ [[Spinola]] kienet ikkaratterizzata minn sajjieda u d-dghajjes taghhom.
 
Din il-belt Kostali rat waħda mill-akbar żviluppi fl-infrastruttura fuq il-gżira b’ħafna djar qodma mwaqqgħin biex jinbnew blokki ta’ appartamenti. Fl-2020 kien hemm inkwiet pubbliku u protesti mill-individwi, il-Kunsill Lokali u l-Ngos biex jiżviluppaw punt turistiku ta’ Ferry fil-Bajja ta’ Balluta. [14]
 
Il-fdalijiet li jmorru lura sew fiż-żmien huma fqar fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità meta mqabblin ma' ta' rħula oħrajn f'Malta. Il-''cart ruts'' li nsibuhom f'tal-Mensija, li sa ftit ilu kienet tagħmel ma' San Ġiljan, jmorru lura għall-preistorja fi Żmien il-Bronż. Nistgħu ninnutaw li dawn "il-kanali tal-karrettuni" jitfaċċaw kull fejn issib xi firxa blat qawwi li mhux mirduma taħt bini u ħamrija. Din turina biċ-ċar li fiż-Żmien il-Bronż bejn l-2300 u 1000 Q.K. kienu digà joqogħdu n-nies peress li dan hu marbut ma' xi għamla ta' trasport bikri. Il-preżenza tal-''cart ruts'' jissuġġerixxi li seta' kien hemm komunita` agrarja li setgħu użaw il-widien tal-inħawi bħall-Wied Għomor, Wied il-Ballut u Wied Għollieqa. Dawn l-abitanti setgħu kienu joqogħdu f'għerien bħal dik tas-Santwarju tal-Minsija. Kmieni fis-seklu għoxrin instabu żewġ oqbra li nkixfu minn P.F. Bellanti li jmorru lura sa Żmien ir-Rumani. Dawn instabu fl-inħawi tal-Ballut sewwasew taħt il-Kappella tal-Kunvent tal-Qalb ta' Ġesù. Fil-limiti ta' San Ġiljan, insibu fdalijiet li jinsabu fi stat tal-biki. Dan huwa fdal ta' Torri Ruman, wieħed minn tmienja milli għad baqa ġo Malta. Dan jinsab f'Ta' Ċieda, f' tarf Triq il-Korvu fil-Kappara u jmur lura lejn it-tielet seklu W.K. Dan it-Torri baqa' jintuża fi Żmien l-Għarab bħala ċimiterju. Ir-rabta ta' dawn l-inħawi mal-Għarab ma tiqafx hawn fejn tidher biċ-ċar ir-rabta li hemm magħhom bl-ismijiet li ngħataw. Fosthom insemmu lil Tas-Sliema, l-inħawi tal-Ballut u Wied Għomor.