Turkija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Tags: Modifika bil-mowbajl Modifika mill-web għall-mowbajl
No edit summary
Linja 69:
 
It-'''Turkija''' ([[Lingwa Torka|Tork]]:Türkiye), uffiċjalment ir-'''Repubblika tat-Turkija''' ({{Awdjo|Tur-Türkiye_Cumhuriyeti.ogg|''Türkiye Cumhuriyeti''}}), hi [[Lista ta' pajjiżi transkontinentali|pajjiż transkontinentali]] li l-parti l-kbira tiegħu tinsab fl-[[Anatolja]] fl-[[Asja tal-Punent]] u fit-[[Traċja tal-Lvant]] fl-[[Ewropa tal-Lbiċ]]. It-Turkija hija mdawra minn tmien pajjiżi: il-[[Bulgarija]] lejn il-majjistral; il-[[Greċja]] lejn il-punent; il-[[Ġeorġja]] lejn il-grigal; l-[[Armenja]], l-[[Iran]] u l-[[Ażerbajġan]] lejn il-lvant; u l-[[Iraq]] u s-[[Sirja]] lejn il-lbiċ. Il-[[Baħar Mediterran]] jinsab fin-nofsinhar; il-[[Baħar Eġew]] lejn il-punent; u l-[[Baħar l-Iswed]] lejn it-tramuntana. Il-[[Baħar ta' Marmara]], il-[[Bosforu]] u d-[[Dardanelli]] (li flimkien jiffurmaw l-I[[stretti Torok]]) jiddemarkaw il-konfini bejn Traċja u Anatolja; huma wkoll jisseparaw l-Ewropa u l-Asja.<ref name="NatlGeoAtlas">{{ċita ktieb |titlu=National Geographic Atlas of the World |edizzjoni=7 |sena=1999 |lokazzjoni=Washington, DC |editur=National Geographic }}ISBN 0-7922-7528-4 "Europe" (pp. 68–69); "Asia" (pp. 90–91): "Diviżjoni komunement aċċettata bejn l-Asja u l-Ewropa ... hija ffurmata mill-Muntanji Ural, Xmara Ural, Baħar Kaspju, Muntanji Kawkasu, u l-Baħar l-Iswed mal-ftuħ, il-Bosporus u d-Dardanelles."</ref> Il-lokazzjoni tat-Turkija f'salib it-toroq tal-Ewropa u l-Asja tagħmilha pajjiż ta' importanza ġeostrateġika sinifikanti.<ref name="Atatürk">{{ċita ktieb |titlu=Atatürk |isem=Andrew |kuljom=Mango |editur=Overlook |sena=2000 }}ISBN 1-58567-011-1</ref><ref name="Ottoman_Turkey">{{ċita ktieb|titlu=History of the Ottoman Empire and Modern Turkey; Vol.1, Empire of the Gazis. the rise and decline of the Ottoman Empire, 1280–1808|isem=Stanford Jay|kuljom=Shaw|koawturi=Shaw, Ezel Kural|editur=Cambridge University Press|sena=1977}}ISBN 0-521-29163-1</ref><ref name="Stratfor">{{ċita web|url=http://www.stratfor.com/weekly/20090317_turkey_and_russia_rise|titlu=Turkey and Russia on the Rise|editur=Stratfor|data=2009-03-17|aċċessdata=2011-08-21}}</ref>
 
== Status tan-negozjati UE ==
 
; 1999 - Status ta' kandidat tal-UE
It-Turkija kisbet l-istatus ta' kandidat tal-UE wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret f'Ħelsinki f'Diċembru 1999.
 
Fil-laqgħa tiegħu fis-16 u s-17 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li t-Turkija tissodisfa b'mod suffiċjenti l-kriterji biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni.
 
; Ottubru 2005 - bidu tan-negozjati tal-adeżjoni
In-negozjati tal-adeżjoni tnedew f'Konferenza Intergovernattiva (KIG) fit-3 ta' Ottubru 2005. Dakinhar ukoll il-Kunsill qabel dwar qafas għan-negozjati mat-Turkija.
 
Issa nfetħu 16 minn 35 kapitolu, u wieħed minnhom ingħalaq proviżorjament.
 
Fit-18 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta s-Sħubija għall-Adeżjoni riveduta mat-Turkija.
 
L-aħħar laqgħa tal-Konferenza mat-Turkija dwar l-Adeżjoni fil-livell ministerjali saret fit-30 ta' Ġunju 2016. Il-konferenza fetħet negozjati dwar il-Kapitolu 33, dwar dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji.
 
Waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017, il-mexxejja tal-UE kellhom dibattitu dwar ir-relazzjonijiet mat-Turkija. Waqt li tennew l-impenn sħiħ tagħhom ta' kooperazzjoni mat-Turkija dwar il-migrazzjoni, huma inkarigaw ukoll lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar jekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-pajjiż, għandhomx jitwaqqfu u jerġgħu jiġu orjentati l-fondi ta' qabel l-adeżjoni.
 
L-54 Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Turkija sar fi [[Brussell]] fil-15 ta' Marzu 2019. Huwa eżamina l-istat tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u t-Turkija.
 
===Summits internazzjonali UE-Turkija===
Fid-29 ta' Novembru 2015, il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE kellhom laqgħa mat-Turkija. Il-laqgħa kienet pass importanti fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u fil-kontribut għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni.
L-UE u t-Turkija qablu li jerġgħu jagħtu spinta lill-proċess ta' adeżjoni tat-Turkija mal-Unjoni Ewropea. Issaħħaħ id-djalogu f'livell għoli bejn iż-żewġ partijiet permezz ta' laqgħat aktar frekwenti u aktar strutturati.
 
Fis-7 ta' Marzu 2016, il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE kellhom laqgħa mat-Turkija biex isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom fir-rigward tal-kriżi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati.
 
Matul il-laqgħa ta' wara l-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Marzu 2016, il-mexxejja tal-UE u tat-Turkija qablu li jaċċelleraw it-twettiq tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża, bil-ħsieb li jitneħħew ir-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini Torok sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Ġunju 2016, jekk ikunu ġew issodisfati l-punti kollha ta' riferiment. Huma reġgħu kkonfermaw l-impenn tagħhom li jagħtu spinta ġdida lill-proċess tal-adeżjoni kif stipulat fid-dikjarazzjoni konġunta tad-29 ta' Novembru 2015. Qablu, bħala l-pass li jmiss, li jiftħu l-kapitolu 33 matul il-Presidenza [[Netherlandiża]].
 
Fis-26 ta' Marzu 2018 il-mexxejja tal-UE ospitaw lill-president Tork, Recep Tayyip Erdoğan fir-residenza Evksinograd ġewwa [[Varna]], il-[[Bulgarija]]. L-UE kienet irrappreżentata minn [[Donald Tusk]], il-President tal-[[Kunsill Ewropew]], [[Jean-Claude Juncker]], il-President tal-Kummissjoni Ewropea u [[Boyko Borissov]], il-Prim Ministru tal-Bulgarija.
 
Il-mexxejja kellhom diskussjoni estensiva fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija u t-triq 'il quddiem. Aktar speċifikament, huma ddiskutew:
 
* il-kooperazzjoni fuq il-ġestjoni tal-flussi tal-[[migrazzjoni]]
* l-interess komuni fil-ġlieda kontra t-[[terroriżmu]]
* l-[[istat tad-dritt]] fit-Turkija
* L-aħħar azzjonijiet tat-Turkija fil-Lvant tal-[[Mediterran]] u l-[[Baħar Eġew]]
* L-involviment tat-Turkija fis-[[Sirja]]
 
==Sitwazzjoni attwali==
 
Fid-9 ta' Marzu 2020, il-Presidenti [[Charles Michel]] u [[Ursula von der Leyen]] iltaqgħu mal-President [[Recep Tayyip Erdoğan]] fi [[Brussell]]. Il-mexxejja ddiskutew ir-relazzjonijiet bilaterali, l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE-Turkija dwar il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun u l-kriżi fis-[[Sirja]].
 
Il-laqgħa saret wara ż-żjara tal-President Michel f'[[Ankara]] fl-4 ta' Marzu 2020.
 
Fit-18 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Affarijiet Ġenerali adotta konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni, li jkopru t-Turkija. Fl-20 ta' Ġunju 2019 il-Kunsill Ewropew approva l-konklużjonijiet.
 
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
* [https://www.consilium.europa.eu/mt/policies/enlargement/turkey/ Turkija], ''Kunsill tal-Unjoni Ewropea''
 
{{Ewropa}}