Joseph Muscat: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 41:
 
 
'''Joseph Muscat''' ([[Burmarrad]], [[22 ta' Jannar]] [[1974]]) huwakien lis-seba' Prim Ministru ta' Malta indipendenti (2013-2020) u ls-seba' mexxej tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista Malti]] 2008-2020). Huwa ħa l-ġurament ta' Prim Ministru nhar il-11 ta' Marzu 2013, wara li l-Partit Laburista għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 55% jew 36,000 vot b'vantaġġ inizjali ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Muscat ġab l-ikbar ammont ta' voti li qatt seta' jikseb kandidat fl-Elezzjonijiet Ġenerali kollha li saru f'Malta, 26,000 vot minn fuq żewġ distretti. Wara [[Elezzjonijiet Ġenerali 2017 (Malta)|elezzjoni bikrija]] fit-3 ta' Ġunju 2017, huwa kien ikkonfermat fil-kariga wara rebħa oħra storika kważi bl-istess numri.
 
Huwa rriżenja minn Prim Ministru nhar it-13 ta' Jannar 2020.
Ta' 39 sena, fl-2013 huwa kien l-iżgħar Prim Ministru minn wara l-[[Tieni Gwerra Dinjija|Gwerra]] ’l hawn għalkemm mhux l-iżgħar fl-istorja. (Fl-1924 [[Sir Ugo Mifsud]] kien sar Prim Ministru fl-età ta’ 35 sena.)
 
== Edukazzjoni ==
Linja 598:
L-inkjesta maġisterjali ntalbet tara wkoll jekk il-Prim Ministru jew membri tal-familja tiegħu jew John Dalli, Keith Schembri u Konrad Mizzi għandhomx kontijiet bankarji fil-bank Pilatus u jekk xi ħadd minnhom kienx involut f’xi transazzjonijiet suspettużi jew f’atti ta’ korruzzjoni jew ħasil ta’ flus ma’ persuni mill-Azerbaijan bil-Bank Pilatus. Dwar dan, il-Maġistrat Bugeja kkonkluda li ma nstabx li xi ħadd minn dawn il-persuni setgħu kienu involuti f’korruzzjoni, ħasil ta’ flus jew transazzjonijiet finanzjarji suspettati minn kontijiet ta’ Ażeri esposti politikament permezz ta’ kontijiet fil-Bank Pilatus. Din il-konklużjoni twieġeb għall-allegazzjoni ta’ Daphne Caruana Galizia li aktar minn miljun dollaru ġew trasferiti f’salt minn kumpanija fl-Azerbaijan għall-kumpanija Egrant.
 
== Prim Ministru ta' Malta - It-Tieni Leġislatura (2017- 2020) ==
Nhar l-1 ta' Mejju 2017, 11-il jum biss wara l-allegazzjoni serja ta' [[Daphne Caruana Galizia]] u l-instabbiltà li nħolqot fil-pajjiż bl-akkużi ta' korruzzjoni fil-konfront tal-Prim Minustru u ta' martu, Muscat ħabbar waqt mass meeting tal-Partit Laburista fl-okkażjoni ta' Jum il-Ħaddiem, li wara, dakinhar stess kien se jmur għand il-President tar-Repubblika [[Marie Louise Coleiro Preca]] fil-Palazz ta' Sant'Anton biex jissuġġerilha li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji dakinhar stess, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2017.
 
Linja 750:
==== Arresti ====
7 ġimgħat biss wara l-assassinju ta' Caruana Galizia, nhar it-Tnejn 4 ta’ Diċembru 2017, operazzjoni kbira fl-inħawi tal-Menqa fil-Marsa twassal biex jiġu arrestati l-aħwa Alfred u George Degiorgio u Vince Muscat. Din l-operazzjoni kienet fost l-akbar li qatt saret f’Malta u li rat is-sehem tal-Pulizija u l-Forzi Armati. Ftit wara, Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet f'Kastilja li fiha ta dettalji dwar l-operazzjoni. Fid-19 ta' Diċembru bdiet il-kumpilazzjoni tax-xhieda
 
<br />
 
== Riżenja ==
Il-Prim Ministru Joseph Muscat iħabbarħabbar ir-riżenja tiegħu minn Prim Ministru ta' Malta u KapMexxej tal-Partit Laburista, ffl-1 ta' Diċembru tal-2019. Wara l-elezzjoni interna fil-Partit li seħħet nhar il-11 ta' Jannar, 2020, l-avukat Dr. Robert Abela intagħżel bħala l-Mexxej il-Ġdidġdid, uMuscat b'hekkirriżenja ġieminn maħtur bħala l-Prim Ministru ta' Malta.
 
== Ħajja Personali ==