Joseph Muscat: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 684:
 
=== It-Tmien Budget ta' Gvern Laburista (għas-Sena 2020) ===
Bit-tema, Malta inkomplu nikbru flimkien, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ppreżenta l-Baġit b’nefqa ta’ 5,000 miljun ewro. Il-baġit ma kienx fih taxxi ġodda u fost il-miżuri li tħabbru kien hemm żewġ bonuses għal ħaddiema flimkien mal-kumpens għall-għoli tal-ħajja. Ser tonqos ukoll ir-rata tat-taxxa fuq is-sahra u tħabbar bonus għal kull tarbija li titwieled jew tiġi adottata. Fil-baġit fost oħrajn tħabbret ukoll żieda fil-pensjonijiet.
 
Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta’ €3.49 ċenteżmu fil-ġimgħa. Minbarra din iż-żieda, il-Gvern ser jagħti wkoll bonus ta’ darba ta’ €15-il ewro lil familji ta’ persuna waħda u €35 lil familji ta’ aktar minn persuna waħda biex tagħmel tajjeb għal żidiet fil-prezz tal-ħalib li s’issa ma nqabditx bis-sistema tal-COLA. Il-Ministru Scicluna ħabbar ukoll li t-tax refund lil mitejn elf ħaddiem li għandhom dħul inqas minn sittin elf ewro fis-sena ser jerġa’ jingħata u ser ivarja bejn €40 u €68, bl-ogħla rata titħallas lil dawk li għandhom dħul baxx.
 
'''Ħaddiema u pensjonanti'''