Romeo u Ġuljetta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link FA template (handled by wikidata)
Linja 13:
"</ref>
 
L-ewwel att jibda bi ġlieda tat-triq bejn il-qaddejja taż-żewġ familji li tiġi interrotta minn Escalus, prinċep ta' Verona, li jħabbar li jekk ikun hemm iżjed ġlied, il-kapijiet tal-familji jkunu meqjusin responsabbli u jħallsu b'ħajjithom. Hekk il-folla tinfirex. Il-Konti Paride, żagħżugħ li jiġi mill-prinċep, talab lill-Capuleti biex jiżżewweġ it-tifla tagħhom Ġuljetta li kellha ftit inqas minn erbatax il-sena. Il-Capuleti jistidnuh jiġbdilha l-attenzjoni fil-ballu bil-maskrili kien se jsir l-għada, waqt li omm ĠuljetteĠuljetta tfittex tikkonvinċiha li taċċetta l-offerta ta' Paride. Din ix-xena tintroduċi l-imreddgħa ta' Ġuljetta, l-element komiku fid-dramm.
 
Romeo, ġuvni ta' sittax-il sena, bin il-Montecchi, għandu grazzja ma' Rosalina, waħda mill-Capuleti (persunaġġ li qatt ma jidher). Mercuzio (ħabib ta' Romeo li jiġi mill-Prinċep) u Benvolio (kuġin ta' Romeo) jippruvaw iferrħu lil Romeo għalxejn, u hekk jiddeċiedu li jmorru libsin ta' maskarati fid-dar tal-Capuleti, biex jixxalaw u jfittxu li jinsew. Romeo, li jittama li jara lil Rosalina fil-ballu, minflok jiltaqa' ma' Ġuljetta.