Malta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna żvojtata
Tags: Blanking blanking VisualEditor
m Modifiki annullati ta' 113.249.60.189 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' BRPever
Tag: Rollback
Linja 1:
{{Infobox Pajjiż
|isem_nattiv = Repubblika ta' Malta
|isem_komuni = Malta
|stampa_bandiera = Flag of Malta.svg
|stampa_emblema = Coat of arms of Malta.svg
|stampa_mappa = Location Malta EU Europe.png
|deskrizzjoni_mappa = Lokazzjoni ta' Malta (aħdar skur) <br /> – fi ħdan l-[[Unjoni Ewropea]] (aħdar ċar) fil-[[Ewropa|kontinent Ewropew]] (griż skur) <br />
|ħolqa_bandiera = Bandiera ta' Malta
|ħolqa_emblema = Emblema ta' Malta
|ħolqa_demografija = Demografija ta' Malta
|mottu_nazzjonali =
|innu_nazzjonali = ''[[L-Innu Malti]]''
[[Stampa:Malta National Anthem.ogg|nofs]]
|lingwi_uffiċjali = [[Lingwa Maltija|Il-Malti]], [[Lingwa Ingliża|l-Ingliż]]
|gruppi_etniċi = Maltin
|kapitali = [[Belt Valletta|Valletta]] (''[[de facto]]'')
|latd=35 |latm=53 |lats=42 |latNS=N |lonġd=14 |lonġm=30 |lonġs=36 |lonġEW=E
|l-ikbar_belt = [[Birkirkara]]
|tip_gvern = [[Repubblika parlamentari]]
|titlu_kap1 = [[President ta' Malta|President]]
|titlu_kap2 = [[Prim Ministru ta' Malta|Prim Ministru]]
|isem_kap1 = [[Marie Louise Coleiro Preca]]
|isem_kap2 = [[Joseph Muscat]]
|data_sħubija_UE = 1 ta' Mejju, 2004
|poż_erja = 200 <!--pożizzjoni bbażata fuq l-istati sovrani biss-->
|erja_km2 = 316
|erja_mi_kw = 121
|perċentwal_ilma = 0.001
|sena_stima_popolazzjoni = 2017
|stima_popolazzjoni = 416,338
|poż_stima_popolazzjoni = 175 <!--pożizzjoni bbażata fuq l-istati sovrani biss-->
|ċensiment_popolazzjoni = 404,962<sup>1</sup>
|sena_ċensiment_popolazzjoni = 2005
|densità_popolazzjoni_km2 = 1,431 <!--2011-->
|densità_popolazzjoni_mi_kw = 3,391
|poż_densità_popolazzjoni = 6 <!--pożizzjoni bbażata fuq l-istati sovrani biss-->
|sena_PGD_PSX = 2012
|PGD_PSX = $11.260&nbsp;biljun<ref name=imf2>{{ċita web |url=http://www.imf.org/external/pubs/ft/weo/2013/01/weodata/weorept.aspx?pr.x=66&pr.y=3&sy=2009&ey=2012&scsm=1&ssd=1&sort=country&ds=.&br=1&c=181&s=NGDPD%2CNGDPDPC%2CPPPGDP%2CPPPPC%2CLP&grp=0&a= |titlu=Malta |editur=Fond Monetarju Internazzjonali |aċċessdata=17 ta' April 2013}}</ref>
|poż_PGD_PSX = 142
|PGD_PSX_per_capita = $27,022<ref name=imf2/>
|poż_PGD_PSX_per_capita = 33
|sena_IŻU = 2013
|IŻU = {{profitt}}0.847<ref name=HDI>{{ċita web |url=http://hdr.undp.org/en/reports/global/hdr2013/download/ |titlu=2013 Rapport tal-Iżvilupp Uman |data=14 ta' Marzu 2013 |aċċessdata=14 ta' Marzu 2013}}</ref>
|poż_IŻU = 32
|kategorija_IŻU = <span style="color:#090;">għoli ħafna</span>
|tip_sovranità = [[Indipendenza]]
|avveniment_stabbilit1 = mir-[[Renju Unit]]
|data_stabbilit1 = 21 ta' Settembru, 1964
|avveniment_stabbilit2 = Repubblika
|data_stabbilit2 = 13 ta' Diċembru, 1974
|avveniment_stabbilit3 = Ħelsien
|data_stabbilit3 = 31 ta' Marzu, 1979
|valuta = [[Ewro]] ([[Simbolu tal-Ewro|€]])<sup>2</sup>[[Lista ta' banek f'Malta|Banek]]
|kodiċi_valuta = EUR
|żona_ħin = [[Ħin tal-Ewropa Ċentrali|CET]]
|differenza_ħku = +1
|żona_ħin_legali = [[Ħin tas-sajf tal-Ewropa Ċentrali|CEST]]
|differenza_żona_ħin_legali = +2
|cctld = [[.mt]]<sup>3</sup>
|kodiċi_telefoniku = 356
|sena_PGD_nominali = 2012
|PGD_nominali = $8.689&nbsp;biljun<ref name=imf2/>
|poż_PGD_nominali = 135
|PGD_nominali_per_capita = $20,852<ref name=imf2/>
|poż_PGD_nominali_per_capita = 37
|noti = <sup>1</sup> Il-popolazzjoni totali tinkludi wkoll lir-residenti barranin. Il-popolazzjoni ta' residenti Maltin fl-2004 kien ta' madwar 389,764. Kull data uffiċjali ta' popolazzjoni hi pprovduta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).<ref>http://www.nso.gov.mt/statdoc/document_file.aspx?id=1653</ref><br /><sup>2</sup>Qabel l-2008: [[Lira Maltija]]<br /><sup>3</sup> Ukoll [[.eu]], li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-[[Unjoni Ewropea]].
}}
 
'''Malta''', magħrufa uffiċjalment bħala r-'''Repubblika ta' Malta,''' hija repubblika konstituzzjonali żviluppata [[Ewropa|Ewropew]] fi ħdan l-[[Unjoni Ewropea]].<ref>{{ċita web |url=http://www.traveltips24.com/European_Microstates.htm |titlu=European Microstates hotels, youth hostels, nightlife. European Microstates culture, tourist attractions, souvenirs. European Microstates travel tips, flights |editur=Traveltips24.com |data=22-12-2008 |aċċess=28-04-2009 |lingwa=Ingliż}}</ref><ref>{{ċita web |url=http://www.ingentaconnect.com/content/klu/adco/1998/00000020/00000001/00135717#aff_1 |titlu=IngentaConnect Career guidance in Malta: A Mediterranean microstate in transitio |editur=Ingentaconnect.com |data=16-06-2006 |aċċess=28-04-2009 |lingwa=Ingliż}}</ref><ref>{{ċita web|url=http://www.environmentalgraffiti.com/offbeat-news/the-microstate-environmental-world-cup-malta-vs-san-marino/613 |titlu=The Microstate Environmental World Cup: Malta vs. San Marino |editur=Environmentalgraffiti.com |data=15-12-2007 |aċċess=28-04-2009 |lingwa=Ingliż}}</ref> Il-pajjiż ikkonsisti minn [[arċipelagu]] ta' seba' gżejjer li jinsabu fil-[[Baħar Mediterran]], fl-[[Ewropa t'Isfel]], 93 km mill-kosta ta' [[Sqallija]] (l-[[Italja]]), 288 km fil-Lvant tat-[[Tuneżija]] u 300 km fit-Tramuntana tal-[[Libja]]. Dawn il-gżejjer igawdu minn [[klima Mediterranja]].<ref>[https://www.cia.gov/library/publications/the-world-factbook/geos/mt.html#Geo CIA Factbook] - Pożizzjoni ġeografika</ref><ref>[http://www.doi.gov.mt/en/islands/location.asp Il-Gżejjer Maltin], Dipartiment tal-Informazzjoni - Malta.</ref>
 
Matul l-[[storja|istorja]], il-pożizzjoni ta' Malta fil-Baħar Mediterran kellha sinjifikat strateġiku.<ref>{{ċita web |url=http://home.wanadoo.nl/bezver/introduc.html |editur=A History of Malta |titlu=Situation |data=06-02-2008 |lingwa=Ingliż}}</ref> Minħabba dan il-fattur, numru ta' qawwiet fosthom il-[[Feniċi]], ir-[[Imperu Ruman|Rumani]], l-[[Għarab]], l-[[Renju ta' Sqallija|Isqallin]], il-[[Kavallieri ta' San Ġwann]] u l-[[Renju Unit|Ingliżi]] lkoll ħakmu lil Malta. Malta kisbet l-indipendenza mir-[[Renju Unit]] fl-1964 u għaxar snin wara, fl-1974, saret Repubblika però xorta baqgħet membru tal-[[Commonwealth tan-Nazzjonijiet]]. Attwalment hi membru tal-[[Unjoni Ewropea]], wara s-sħubija fl-2004, u wkoll tan-[[Nazzjonijiet Uniti]]. Il-Lingwa Maltija hija l-unika lingwa Semitika li hija lingwa formali tal-Unjoni Ewropea.
 
Malta hi magħrufa għas-siti ta' [[patrimonju tal-umanità]],<ref name=Unesco>{{ċita web |titlu= Megalithic Temples of Malta| url= http://whc.unesco.org/en/list/132 |lingwa=Ingliż |aċċess=28-09-2009}}</ref> bl-aktar prominenti jkunu t-[[Tempji megalitiċi ta' Malta|tempji megalitiċi]] li huma fost l-aktar siti qodma li għadhom weqfin fid-Dinja, kif ukol il-Fortifiikazzjonijiet tal-Ordni ta' San Gwann u Brittanici.<ref>{{ċita web|url=http://www.bradshawfoundation.com/malta/ |titlu=The Prehistoric Archaeology of the Temples of Malta |editur=Bradshawfoundation.com |data= |aċċess=28-04-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref><ref>{{ċita web|url=http://www.otsf.org/ |titlu=Malta Temples and The OTS Foundation |editur=Otsf.org |data= |aċċess=28-04-2009 |lingwa=Ingliż}}</ref><ref>David Trump et al., Malta Before History (2004: Miranda Publishers)</ref> Skont il-ktieb mill-[[Bibbja]] tal-[[Atti tal-Appostli]], [[Pawlu minn Tarsu|San Pawl]] innawfraga fuq din il-gżira. Komunita storkia Lhudija ghada tinsab f'Malta minn-zmien l-Imperu Ruman.
 
Il-[[belt kapitali]] ta' Malta hi l-[[Belt Valletta]]. Il-lingwi uffiċjali tal-pajjiż huma l-[[Lingwa Maltija|Malti]] u l-[[Lingwa Ingiża|Ingiż]], fejn dan tal-aħħar ħa post it-[[Lingwa Taljana|Taljan]] fl-1935. Malta għandha konnessjoni qawwija mal-[[Kattoliċiżmu Ruman]], li tkompli tkun bħala r-[[Reliġjon f'Malta|reliġjon]] uffiċjali u l-aktar waħda prattikata f'Malta.
 
== Etimoloġija ==
 
Id-definizzjoni tal-kelma 'Etimoloġija' tista' tiġi deskritta bħala l-istudju tal-oriġini preċiża tal-kliem Semantiku (tifsir) preżenti f'lingwa.
 
L-oriġini tat-terminu "Malta" hu inċert u l-varjazzjoni moderna hi derivata mil-[[lingwa Maltija]]. L-aktar [[etimoloġija]] komuni hi li ġejja mill-kelma [[Lingwa Griega Antika|Griega]] μέλι (''meli'') ('għasel'). Il-Griegi kienu jsejħu lill-gżira Μελίτη (''Melite'') li tfisser "għasel" jew "għasel ħelu" possibilment minħabba l-produzzjoni unika ta' għasel f'Malta; speċi endemika ta' [[Apis mellifera ruttneri|naħal]] tgħix f'din il-gżira, fejn minħabba f'hekk li ngħatat il-laqam ta' "l-art tal-għasel".<ref>{{ċita aħbar|url=http://www.maltatoday.com.mt/2003/06/29/l7.html |editur=Malta Today|titlu=Controversy over unique Maltese bee population |data=06-02-2008 |lingwa=Ingliż}}</ref> Mhux biss li l-influwenza Griega fuq il-gżira kienet sas-sena 600 QK,<ref name="ndmh">{{ċita aħbar |url=http://www.doi.gov.mt/EN/islands/dates.asp|editur=Dipartiment tal-Informazzjoni - Gvern Malti |titlu=Notable dates in Malta's history |data=06-02-2008 |lingwa=Ingliż}}</ref> imma aktar tard il-gżira waqgħet f'idejn l-[[Imperu Biżantin]] bejn is-sena 395 u s-sena 870,<ref name="ndmh" /> imperu li kien iħaddan l-istess [[ilsien]] Grieg. Etimoloġija oħra hi l-kelma [[lingwi Feniċa|Feniċa]] Maleth, l-isem tal-Feniċi għal dawn il-gżejjer, li tfisser "marsa" bħala referenza għall-plajjiet u l-qaliet ta' Malta.<ref>{{ċita ktieb |kunjom=Pickles |isem=Tim | titlu = Malta 1565: Last Battle of the Crusades |editur =Osprey Publishing |url=http://books.google.com/books?id=0LuvbRQ78sIC&pg=PA11&lpg=PA11&dq=Maleth+Malta+haven&source=web&ots=PGO2OF9Y9I&sig=rcodiMbexlDy5YwMXhelH7zEYyw |isbn=978-1855326033}}</ref>
 
== Storja ==
{{artiklu prinċipali|Storja ta' Malta}}
 
Ghal ħabta tas-sena 5200 Q.K,fuq gżiritna kienet tiddomina civiltà preistorika, li tiftaħar bl-eqdem strutturi kkostruwiti mill-bniedem Neolitiku. Il-[[Feniċi]] għamlu minn Malta kolonja qrib it-8 seklu QK u kienu huma li sejħu lil gżira prinċipali ''Malat'' dan peress li ''Malat'' tfisser ''kenn sigur'', mhux ta' b'xejn allura li Malta għandha ħafna portijiet tajbin .
 
Għal ħabta tas-sena 400 QK il-gżejjer waqgħu taħt il-palju tal-[[Kartaġiniżi]], li jistgħu jitqiesu bħala l-eredi tal-[[Feniċi]]; mhuwiex veru li l-kartaġinżi ġew Malta għall-ħabta tas-seklu sitta QK, jekk mhux ftit qabel; u fil-fatt kienu tal-istess razza etnika tal-Feniċi jonkella tal-Kananej,kif kienu magħrufa. Wara l-[[Gwerer Puniċi]] l-gżejjer spiċċaw f'idejn l-[[Imperu Ruman]] li għamlu lil Malta u lil [[Għawdex]] muniċipalitajiet, bl-obbligu li joħorġu l-flus għalihom. F'dan iż-żmien skont l-[[Atti tal-Appostli]], [[San Pawl]] ġie Malta u beda t-tagħlim tal-[[Kristjaneżmu]] fis-sena 60 [[WK]].
 
Meta l-[[Imperu Ruman]] inqasam fi tnejn, Malta waqgħet f'idejn il-[[Biżantini]], l-hekk imsejħa ''Rumani tal-Lvant''. Is-snin ta' wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent kienet mqallba ħafna: Teżisti ftit xiehda konkreta tà x'ġara effettivament, għalkemm xi storjografi jemmnu li Malta setgħet spiċċat taħt il-Vandali, li wara tkeċċew mill-ġeneral Biżantin Beliżarju. Dawn tal-aħħar ġew megħluba minn forza Għarbija fis-sena 870. Il-ġens Għarbi rnexxielu jinfluwenza l-lingwa tal-poplu Malti u għalhekk l-Għarbi jista' jitqies bħala l-pedament tal-[[Lingwa Maltija|Malti]] minkejja l-influwenzi Ewropej li ġew wara dan iż-żmien, ilsien il-poplu baqà tà nisel Semitiku. L-Għarab xerrdu t-twemmin Iżlamiku fost il-Maltin u daħħlu wkoll metodi ġodda fl-agrikoltura, però t-tagħlim Nisrani tà San Pawl ma ntesiex.
 
Fl-1091, in-[[Normanni]] taħt [[Ruġġieru I ta' Sqallija|il-Konti Ruġġieru]], attribwew l-gżejjer Maltin taħt it-tmexxija tagħhom u għalhekk minkejja li bosta Għarab kienu għadhom fuq il-gżejjer, nistgħu ngħidu li kull ma beda jmur Malta bdiet issir iktar Ewropea. Kien proprju f'dan iż-żmien li nbena l-ewwel Katidral fl-[[Mdina|Imdina]], għax dan kien waqa' b'terremot fl-1693 u għalhekk reġgħet twaqqfet ir-reliġjon Nisranija mill-ġdid.
 
F'dawn iż-żminijiet, Malta kienet tinbiegħ b'fewdu lil xi sinjuri mill-ħakkiema tal-gżejjer, sakemm fl-1474, wara ħafna intriċċi fil-familji rjali tal-Ewropa, il-gżejjer Maltin saru parti mill-Imperu Spanjol. F'dawn iż-żminijiet Malta kien ikollha ħafna ħbit mill-furbani Misilmin, li mhux l-ewwel darba li ħabtu sabiex jipprovaw jerġgħu jieħdu l-kmand tal-pajjiż.
 
Fl-1530, il-Gżejjer ingħataw lill-[[Kavallieri ta' San Ġwann|Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann]] mill-Imperatur Karlu V. Dawn il-Kavallieri ta' demm nobbli kienu qed ifittxu art ġdida wara li kienu tilfu t-Tieni Assedju ta' Rodi fl-1522. F'dan l-Assedju, però, tant kienu wrew kuraġġ li tħallew jitilqu mill-gżira b'kull unur militari mill-mexxej tal-[[Imperu Ottoman|Ottomani]].
 
Meta l-Kavallieri waslu f'Malta, sabu art niexfa, b'poplu mifrux sewwa sew madwar dawn il-gżejjer ċentrali u b'żewġ imkejjen biss li kellhom ħjiel ċkejken ta' difiża: L-Imdina, bis-swar tagħha u l-Birgu bil-''Castrum Maris'' illum il-''Fortizza ta' Sant' Anġlu''. Il-Kavallieri għażlu li joqogħdu fil-Birgu, peress li dan il-lokal kien fejn il-baħar u kellu port eċċezzjonali; żewġ assi importanti għall-Kavallieri li kienu ilhom imdorrijjin għall-ħajja ta' ''kursara kattoliċi''. Wara dan, l-Ordni bdiet issaħħaħ 'il-Birgu bi swar u kien ġie deċiz li kellhom jittellgħu swar fuq l-Isla, bil-''Fortizza ta' San Mikiel'', kif ukoll fortizza biex tiddefendi d-daħla tal-Port il-Kbir, il-''Fortizza ta' Sant' Iermu''.
 
Tkun illużjoni, iżda, jekk wieħed jaħseb li mad-daħla tal-[[Kavallieri ta' San Ġwann|Ordni]] Malta tbiddlet f'fortizza felħana: L-attakki tal-furbani Misilmin żdiedu u sa waslu biex fl-1551, taħt il-kmand ta' Dragut, ħabtu għal [[Għawdex]] u kaxkru l-Għawdxin kollha ħlief ix-xjuħ u l-morda. Wieħed irid jinnota iżda li l-għan ta' dan l-attakk kien li jidħlu fil-Birgu, għan li falla minħabba l-potenza tal-Ordni.
 
Din is-saħħa tpoġġiet taħt sforz kbir fl-Ewwel Assedju ta' Malta, msejjaħ l-[[Assedju l-Kbir]], li beda fit-[[18 ta' Mejju]] tal-[[1565]], fejn Malta spiċċat tiġġieled mas-saħħa kbira tal-[[Imperu Ottoman]]. Fit-[[8 ta' Settembru]] [[1565]], ġurnata li sal-lum għadha titfakkar b'festa nazzjonali, l-[[Imperu Ottoman|Ottomani]], wara iktar minn tlett xhur ta' taqbid, indunaw li kienet waslet għajnuna minn Sqallija, li wasslithom għat-telfa tagħhom, f'''Jum il-Vitorja''.
 
Din ir-rebħa waħħdet l-Ordni ma' Malta u dawn baqgħu magħrufin bħala "il-Kavallieri ta' Malta"; Wara din il-vittorja huma bnew iktar fortifikazzjonijiet speċjalment madwar il-Port il-Kbir, bnew ukoll il-belt kapitali Valletta u elevaw il-livell ta' għajxien tal-poplu inġenerali. Il-ħakma tagħhom waslet fit-tmiem tagħha meta [[Napuljun Bonaparte|Napuljun]] akkwista il-gżejjer fl-1798. Il-Maltin qamu għall-Franċiżi u bdew Imblokk, grazzi għall-għajnuna tar-Renju taż-Żewġ Sqallijiet u tal-Gran Brittanja. L-Ingliżi ħadu l-gżejjer bħala protettorat fl-1800 u ħatru lil Sir Alexander John Ball bħala gvernatur, bl-għan li l-gżejjer jerġgħu jaqgħu f'idejn l-Ordni wara l-Gwerer Napoljoniċi.
 
Dan it-tir ma tantx dam: Fl-1814, bħala parti mit-Trattat ta' Pariġi, Malta ufficjalment saret parti mill-Imperu Brittaniku u bdiet tigi uzata bħala stazzjon, bażi navali kif ukoll bħala s-sede uffiċċjali tal-Flotta Navali Mediterranja Ingliża, sakemm din ittieħdet f'[[Lixandra]] fl-[[Eġittu]] minhabba l-fatt li Malta kienet qrib wisq l-Italja belliġerenti.
 
Malta kellha rwol importanti ħafna fit-[[Tieni Gwerra Dinjija]], minħabba li kienet imminenti tar-rotot navali tal-Forzi tal-Assi, u mhux eżaġerazzjoni li wieħed jgħid li Malta sofriet it-[[Assedju ta' Malta (1940 -1943)|Tieni Assedju]] tagħha meta giet iddefinita bħala wahda mill-iktar postijiet ibbumbardjati fid-dinja, fil-'Blitz' tal-forzi tal-ajru Ġermaniżi u, sa ċertu punt, Taljani.
 
Wara t-tieni Gwerra dinjija, Malta ngħatat l-Indipendenza tagħha fil-21 ta' Settembru, 1964. Malta baqgħet membru tal-'[[Commonwealth]]', u saret Repubblika fl-1974. F' [[referendum]] f' April 2003, il-votanti wrew ir-rieda tagħhom biex Malta tidħol fl-[[Unjoni Ewropea]], biex b'hekk Malta saret membru sħiħ fl-1 tà Mejju, 2004.
<!--
== Lingwa ==
 
Illum il-Malti stabbilit huwa meqjus bħala lingwa meħtiega mill-poplu Malti; bl-Ingliż fl-istess ħin jaqsam mal-Malti l-istat ta’ Lingwa nazzjonali. Il-lingwa Maltija tħares lura lejn l-aħħar parti tad-disà seklu madwar 870 A.D meta l-Għarab invadew 'il pajjiżna. L-Għarbi baqà jinfluwenza lill-Malti sas-seklu ħmistax, anke wara li tkeċċew għal kollox minn Malta minn Federiku II tal-Germanja fis-seklu 13(li dak iż-żmien kien ir-Re ta' Sqallija). Minkejja l-prezenza tan-Normanni fis-seklu hdax,il-lingwa Maltija ma tantx giet influwenzata prova cara li tista' tiddeskrivi 'l dan il-gens bhala wiehed tolleranti ghall-ahhar infatti l-influwenza mill-Gharab baqghet prezenti f'dan il-perjodu wkoll, prova cara ta' dan l-argument huwa l-qabar ta' Majmuna. Mill-1530 ‘il quddiem minn mindu l-Kavallieri ta’ San Ġwann ħadu t-tmun ta’ pajjiżna, l-influwenza ta' lingwi diversi mill-Ordni(bhall-Anglo-Sassonu,it-Taljan u l-Franciz) bdew dehlin fil-kelma tal-Malti; tant li bdew bilmod il-mod jissuperaw lill-Għarbi, li kien daħal f'ilsienna snin ilu. Illum il-lingwa Maltija hija rikonoxxuta internazzjonalment bħala waħda mil-lingwi moderni bi strutturi lingwistiċi li jgħinuha tkompli tikber u tistagħna aktar f’dinja li hija kontinwament fi proċess ta’ tibdil.
 
== Festi nazzjonali ==
 
Dawn huma l-ħames festi nazzjonali ċċelebrati:
 
* [[Jum il-Ħelsien (Malta)|Jum il-Ħelsien]] ([[31 ta' Marzu]] [[1979]])<br />
* [[Is-Sette Giugno]] ([[7 ta' Ġunju]] [[1919]])<br />
* [[Jum il-Vitorja]] ([[8 ta' Settembru]] [[1565]] u [[8 ta' Settembru]] [[1943]])<br />
* [[Jum l-Indipendenza (Malta)|Jum l-Indipendenza]] ([[21 ta' Settembru]] [[1964]])<br />
* [[Jum ir-Repubblika]] ([[13 ta' Diċembru]] [[1974]])
 
Uħud minn dawn il-festi huma marbuta ma' diversi tradizzjonijiet, fosthom ir-[[regatta]] fil-[[Port il-Kbir]] nhar [[Jum il-Ħelsien (Malta)|Jum il-Ħelsien]] u [[Jum il-Vitorja]]. Minn barra dawn il-ħames festi, hemm ukoll għadd ta' festi pubbliċi marbuta mar-reliġjon u t-tradizzjonijiet li ssawru magħhom. Fosthom insibu l-[[Imnarja]] ([[29 ta' Ġunju]]), [[Santa Marija]] ([[15 t'Awissu]]), il-miġja ta' [[San Pawl]] f'Malta ([[10 ta' Frar]]) u l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni ([[8 ta' Diċembru]]).
-->
 
== Politika ==
{{artiklu prinċipali|Politika ta' Malta}}
[[Stampa:Malta Valletta BW 2011-10-07 10-41-05.JPG|thumb|290px|Il-bini tal-qorti fil-[[Belt Valletta]]]]
Malta hi [[Repubblika]],<ref>{{ċita web|url=http://www.legal-malta.com/law/constitution-1.htm|titlu=Chapter 1 / The Republic of Malta / Maltese Constitution|xogħol=Att tal-Kostituzzjoni ta' Malta |lingwa=Ingliż |aċċess=28-04-2009}}</ref> li s-[[sistema parlamentari]] u l-[[amministrazzjoni pubblika]] hi mmudellata fuq is-[[sistema Westminster]]. Mill-1960 sal-1995, skont l-istatistika li nġabret fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali, Malta kellha t-tieni l-ogħla rata fid-dinja ta' nies li kienu eleġibbli li jivvutaw u li ħarġu jivvutaw (u l-ogħla waħda minn nazzjonijiet mingħajr votazzjoni obbligatorja).<ref>Mark N. Franklin. "Electoral Participation." f'''Controversies in Voting Behavior''</ref> Il-[[Kamra tad-Deputati ta' Malta|Kamra tad-Deputati]] tiġi eletta kull ħames snin u hi magħmula minn ħamsa u sittin membru parlamentari. Madanakollu, meta partit jikseb il-maġġoranza tal-voti imma mhux tas-siġġijiet, il-partit jingħata aktar siġġijiet biex jiġi assigurat maġġoranza parlamentari. Il-[[Kostituzzjoni ta' Malta]] tgħid li l-President għandu jaħtar bħala Prim Ministru dak il-membru tal-Kamra li hu l-aktar kapaċi li jmexxi l-maġġoranza fil-Kabinett. L-istess President normalment jaħtar, fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru, il-ministri li għandhom imexxu kull dipartiment tal-gvern.<ref>[https://opm.gov.mt/segretarjat-tal-prim-ministru?l=2 Segratarjat tal-Prim Ministru], Uffiċċju tal-Prim Ministru</ref> Kandidati għal xi postijiet vakanti jiġu determinati bil-maġġoranza tal-voti li jkunu ġabu fl-elezzjoni preċedenti.
 
Il-President tar-Repubblika jiġi elett kull ħames snin mill-Kamra tad-Deputati. Il-president bħala l-kap tal-istat huwa meqjus bħala l-figura simbolika tar-Repubblika ta' Malta. Il-partiti politiċi prinċipali huma l-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]], li hu partit [[Demokrazija Kristjana|Demokratiku Kristjan]], u l-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]], li hu partit [[Demokrazija soċjali|Soċjal-Demokratiku]]. Il-Partit Laburista jinsab attwalment fil-gvern, bil-Prim Ministru jkun Dr. [[Joseph Muscat]]. Il-PN jinsab fl-oppożizzjoni. Apparti dawn iż-żewġ partiti wieħed jistà jsib il-partiti msejħa żgħar minħabba n-nuqqas tà sapport li dawn għandhom mill-pubbliku, attwalment dawn il-partiti m'għandhomx rappreżentazzjoni parlamentari ħlief il-[[Partit Demokratiku (Malta)|Partit Demokratiku]] li tela' fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, u għandu żewġ siġġijiet.
 
Sat-[[It-Tieni Gwerra Dinjija|Tieni Gwerra Dinjija]], il-politika Maltija kienet iddominata bil-[[Kwistjoni tal-Lingwa]] li kienet immexxiha mill-partiti pro-Taljani u pro-Ingliżi,<ref>[http://www.maltavoyager.com/history_independence.html L-Indipendenza], Maltavoyager.com</ref> li aktar tard iffurmaw fil-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista rispettivament. Il-politika wara l-gwerra dawret ħaristha fuq kwistjonijiet kostituzzjonali fuq ir-relazzjonijiet mal-Ingilterrra (l-ewwel bl-[[Storja ta' Malta#Integrazzjoni|Integrazzjoni]] u wara l-[[Storja ta' Malta#Indipendenza|Indipendenza]]), u eventwalment, ir-relazzjonijiet mal-[[Storja ta' Malta#Sħubija fl-Unjoni Ewropea|Unjoni Ewropea]].
 
=== Diviżjonijiet amministrattivi ===
{{artiklu prinċipali|Kunsilli lokali ta' Malta}}
[[Stampa:Malta location map.svg|thumb|left|250px|Diviżjonijiet amministrattivi ta' Malta]]
 
Mill-1993 Malta ġiet maqsuma fi 68 [[kunsill lokali]], b'kull kunsill ikun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-belt jew raħal tiegħu. Ir-responsabbiltà amministrattiva hi distribwita bejn il-kunsilli lokali u l-gvern ċentrali. M'hemm l-ebda livell intermedjarju bejn il-gvern lokali u dak nazzjonali, u l-livelli tas-sitt distretti (ħamsa fuq il-gżira ta' Malta) u tat-tliet reġjuni (tnejn fuq il-gżira ta' Malta) iservu primarjament għall-bażi ta' statistika. L-Att tal-Kunsilli Lokali, 1993 (Att XV tal-1993) ġie ppublikat fit-30 ta' Ġunju, 1993, fejn qasam lill-gżejjer Maltin f'54 kunsill lokali f'Malta u 14 f'[[Għawdex]]. L-abitanti li huma eleġibbli għall-votazzjoni jeleġġu l-Kunsill kull tliet snin. Is-sindku hu l-kap tal-Kunsill Lokali u r-rappreżentant tal-Kunsill b'kull effett taħt l-Att. Is-Segretarju Eżekuttiv, li jiġi appuntat mill-Kunsill, hu l-kap eżekuttiv, amministrattiv u finanzjarju tal-Kunsill. Il-kunsilliera l-oħra eletti mill-elezzjoni tal-kunsill jieħdu d-deċiżjonijiet flimkien mas-sindku. Il-kunsilli lokali huma responsabbli għall-ħarsien u tisbieħ tal-lokalità, allokazzjoni tal-gwardjani lokali u ġbir ta' [[skart]]; huma wkoll jesegwixxu doveri amministrattivi għall-gvern ċentrali bħal ġbir ta' fondi u kirjiet tal-gvern u jirrispondi għall-ilmenti tal-pubbliku.
 
== Ġeografija ==
{{artiklu prinċipali|Ġeografija ta' Malta}}
[[Stampa:View of Nature Reserve from St. Agatha's Tower.JPG|thumb|250px|Ir-Riserva Naturali tal-Għadira]]
 
 
Il-gżejjer Maltin huma [[arċipelagu]] li jinsabu sewwa sew f'nofs il-[[Baħar Mediterran]] (fil-baċir tal-Lvant), madwar 93 km fin-Nofsinhar tal-gżira [[Italja|Taljana]] ta' [[Sqallija]]. It-tliet l-ikbar gżejjer, dik ta' [[Malta (gżira)|Malta]], [[Għawdex]] u [[Kemmuna]] huma l-uniċi li huma abitati. Il-gżejjer iż-żgħar, bħal [[Filfla]], [[Kemmunett]] u l-[[Gżejjer ta' San Pawl]] huma inabitati. Numru ta' bajjiet iżewqu l-kosti tal-gżejjer li jipprovdu wkoll portijiet tajbin. Il-gżejjer tal-arċipelagu ġew iffurmati mill-ogħla uċuħ tal-pont li kien hemm bejn [[Sqallija]] u l-[[Afrika ta' Fuq]] u li dawn saru iżolati meta l-livell tal-ilma tela' wara l-aħħar [[Era tas-Silġ]].<ref>{{ċita web |url=http://www.reading.ac.uk/nmsruntime/saveasdialog.asp?lID=12783&sID=48883|titlu=Island Landscape Dynamics: Examples from the Mediterranean |aċċess=29-04-2009}}</ref> L-arċipelagu jinsab f'tarf il-platt tettoniku Afrikan, bil-konfini tiegħu jmissu mal-platt Ewroażjatiku.<ref>{{ċita web |url=http://earth.geology.yale.edu/RETREAT/maps/Mediterranean%20map2001sheet1%20tectonics&kinematics.jpg |titlu=Geodynamic Map of the Mediterranean |editur=Kummissjoni għall-Mappa Ġeoloġika tad-Dinja |aċċess=29-04-2009}}</ref>
 
Il-pajsaġġ tal-lum il-ġurnata huwa kkaraterizzat minn għoljiet baxxi b'għelieqi mtarrġin. L-ogħla punt hu [[Ta' Dmejrek]] fil-gżira amministerjali ta' Malta,li jinsab 253 metru 'l fuq, qrib Ħad-Dingli. Minkejja li meta jkun hemm preċipitazzjoni għolja jinħolqu xi xmajjar żgħar, f'Malta m'hemm l-ebda [[xmara]] jew [[lag]] permanenti. Madanakollu, xi passaġġi tal-ilma jinstabu madwar il-gżira li jkollhom ilma frisk kull sena. Postijiet bħal dawn huma l-[[Baħrija]], l-[[L-Imtaħleb|Imtaħleb]] u San Martin, waqt li f'Għawdex nistghu nsibu l-[[Wied tal-Lunzjata]].
 
In-Nofsinhar ta' Malta mhuwiex il-punt l-iktar estrem fin-Nofsinhar tal-Ewropa, fejn hi l-gżira Griega ta' Gavdos li għandha din id-distinzjoni. [[Fitoġeografija|Fitoġeografikament]], Malta tappartjeni għall-provinċja Ligura-Tirrenika tar-[[Reġjun Meditteranju]] fi ħdan ir-[[Renju Boreali]].
 
Fil-21 ta' Diċembru 2007, Malta implimentat it-[[Trattat ta' Schengen]].<ref>{{ċita web|url=http://ec.europa.eu/snapshot2007/travel/travel_mt.htm |titlu=L-Ewropa u int fl-2007, Estiż l-ivvjaġġar mingħajr passaport |editur=Kummissjoni Ewropea |aċċess=29-04-2009}}</ref> Kontrolli mal-konfini baqgħu jsiru fl-ajruporti sa Marzu tal-2008.
 
=== Gżejjer ===
 
Il-gżejjer prinċipali,abitati min-nies tal-pajjiż huma: [[Malta]], [[Kemmuna]] u [[Għawdex]]. Gżejjer oħra li jiffurmaw parti mill-arċipelagu jinkludu lil [[Kemmunett]] (inabitata), [[Filfla]] (riserva naturali, inabitata), il-[[Il-Ġebla tal-Ġeneral|Ġebla tal-Ġeneral]] (inabitata), il-[[Gżira Manwel]] (li hi magħquda mar-raħal tal-Gżira permezz ta' pont), u l-[[Gżejjer ta' San Pawl]] (inabitati). Iċ-ċentru tal-gvern, il-kummerċ u ċ-ċentru primarju għall-kultura hi l-belt kapitali ta' Valletta li tinsab fuq il-kosta tal-Lvant ta' Malta.
 
Il-gżejjer Maltin huma dawn is-segwenti:
 
{| class="multicol" style="width:100%;"
| width="33%" align="left" valign="top" |
* Delmarva
* [[Filfla]]
* Ġebel Fessej
* Ġebel ta' Bejn il-Kmiemen
* Ġebla ta' Sala
* Ġebla taċ-Ċawla
* [[Il-Ġebla tal-Ġeneral|Ġebla tal-Ġeneral]]
* Ġebla tal-Għallis
* Ġebla tal-Ħalfa
* [[Gżejjer ta' San Pawl]]/Selmunett
| width="33%" align="left" valign="top" |
* [[Malta (gżira)|Gżira ta' Malta]]
* [[Gżira Manwel]]
* [[Għawdex]]
* [[Kemmuna]]
* [[Kemmunett]]
* Mistra
* Skoll tal-Barbaġanni
* Ta' Fraben
* Xrob l-Għaġin
| width="33%" align="left" valign="top" |
[[Stampa:Satelite image of Malta.jpg|thumb|250px|right|Mappa satellitari ta' Malta]]
|}
 
=== Klima ===
 
Il-klima hi waħda [[klima Mediterranja|Mediterranja]], bi [[xitwa|xtiewi]] moderati u umdużi, u [[sajf|sjuf]] sħan u xotti. M'hemm l-ebda staġun sħun fejn il-pjanti jorqdu, minkejja li l-iżvilupp tal-pjanti jista' jiġi osservat xi ftit f'xitwa b'kesħa li ma tkunx normali, u s-sħana u l-aridità tas-sajf jistgħu jikkawżaw biex il-veġetazzjoni jsiru dgħajfa. Huma f'żewġ staġuni partikulari li fihom it-turisti jiġu attratti lejn dawn il-gżejjer, speċjalment matul ix-xhur umdi. Madanakollu, irjieħ qawwija jistgħu jdawwru ż-żmien tar-rebbiegħa għal wieħed kiesaħ.
 
[[Stampa:Valletta-view-from-senglea.jpg|thumb|left|500px|Malta ġeneralment tgawdi minn klima Mediterranja]]
Il-provista tal-[[ilma]] toffri sfida għal Malta, hekk kif fiż-żmien sħun tas-sajf il-preċipitazzjoni tkun waħda minima waqt li dan ikun ukoll iż-żmien fejn l-ilma jkun l-aktar użat. Din il-problema tinħass ukoll matul ix-xitwa minħabba li x-xita qawwija li tagħmel, ħafna drabi din tkompli nieżla fil-baħar minflok tippenetra qalb l-art. Malta tiddependi fir-riservi ta' taħt l-art tal-ilma frisk, li jinġieb minn sistema ta' mini tal-ilma msejjħin bħala l-galleriji Ta' Kandja, b'fond ta' madwar 97 metru. Aktar minn nofs l-ilma potabbli ta' Malta huwa prodott permezz tad-[[desalinazzjoni]], li twassal għal aktar użu ta' [[kombustibbli fossili]] u [[tniġġis]].<ref>[http://news.bbc.co.uk/2/hi/science/nature/6525069.stm "Briney future for vulnerable Malta"], BBC News, 4 April 2007</ref>
 
L-inqas [[temperatura]] qatt irreġistrata kienet fid-19 ta' Frar, 1895, ġewwa l-Belt Valletta, meta t-temperatura niżelet għal 1.2&nbsp;°C, waqt li l-ogħla waħda laħqet it-43.8&nbsp;°C f'Awwissu tal-1999 fl-[[Ajruport Internazzjonali ta' Malta|Ajruport Internazzjonali ta' Ħal Luqa]].<ref>[http://www.maltaweather.com/archives/tmaxhigh.shtml L-ogħla temperaturi massimi (mill-1987)], MaltaWeather.com</ref> L-inqas temperatura inuffiċjali hi dik ta' 1.7&nbsp;°C taħt iż-żero, li seħħet fl-1 ta' Frar, 1962, fil-kamp tal-avjazzjoni ta' [[Ta' Qali]] b'evidenza ta' silġ mal-art.
 
Kienu ftit l-okkażżjonijiet fejn ġie reġistrat xi xita ta' [[borra]] b'dawn ikunu fi Frar tal-1895, f'Jannar tal-1905 u fil-31 ta' Jannar, 1962. Fl-aħħar ġurnata tal-1962 xi silġ għatta xi partijiet tal-gżira, bil-lejl segwenti tiġi reġistrata l-unika [[ġlata]] fl-istorja ta' Malta li seħħet f'Ta' Qali. Il-bidla fil-klima wasslet biex id-differenza li hemm bejn l-ogħla u l-inqas temperaturi tiżdied, li ħafna drabi jwasslu għal staġuni b'temp instabbli. Dawn l-aħħar snin kienu reġistrati wkoll każi aktar frekwenti ta' borra u silġ li laqqtu lill-gżejjer.<ref>{{ċita aħbar |url=http://www.maltarightnow.com/Default.asp?module=news&at=It-Temp+fl-2008&t=a&aid=99809315&cid=19 |titlu=It-Temp fl-2008 |editur=MaltaRightNow.com |data=01-01-2009 |aċċess=30-04-2009 }}</ref>
 
{{Infobox Temp
|l-ewwel_metrika=yes
|linja_waħda=yes
|post=&nbsp;Malta
|Jan_Hi_°C = 15
|Fra_Hi_°C = 15
|Mar_Hi_°C = 16
|Apr_Hi_°C = 18
|Mej_Hi_°C = 22
|Ġun_Hi_°C = 26
|Lul_Hi_°C = 30
|Aww_Hi_°C = 30
|Set_Hi_°C = 27
|Ott_Hi_°C = 23
|Nov_Hi_°C = 19
|Diċ_Hi_°C = 16
|Year_Hi_°C = 21
|Jan_Lo_°C = 9
|Fra_Lo_°C = 9
|Mar_Lo_°C = 10
|Apr_Lo_°C = 12
|Mej_Lo_°C = 15
|Ġun_Lo_°C = 18
|Lul_Lo_°C = 21
|Aww_Lo_°C = 22
|Set_Lo_°C = 20
|Ott_Lo_°C = 17
|Nov_Lo_°C = 13
|Diċ_Lo_°C = 11
|Year_Lo_°C = 15
|Jan_MEDJA_°C = 12
|Fra_MEDJA_°C = 12
|Mar_MEDJA_°C = 13
|Apr_MEDJA_°C = 15
|Mej_MEDJA_°C = 18
|Ġun_MEDJA_°C = 22
|Lul_MEDJA_°C = 26
|Aww_MEDJA_°C = 26
|Set_MEDJA_°C = 24
|Ott_MEDJA_°C = 21
|Nov_MEDJA_°C = 16
|Diċ_MEDJA_°C = 13
|Year_MEDJA_°C = 18
|Jan_Preċip_ċm = 8
|Fra_Preċip_ċm = 5
|Mar_Preċip_ċm = 4
|Apr_Preċip_ċm = 2
|Mej_Preċip_ċm = 1
|Ġun_Preċip_ċm = 0
|Lul_Preċip_ċm = 0
|Aww_Preċip_ċm = 0
|Set_Preċip_ċm = 3
|Ott_Preċip_ċm = 7
|Nov_Preċip_ċm = 9
|Diċ_Preċip_ċm = 10
|Year_Preċip_ċm = 53
|sors = Weatherbase<ref name="Weatherbase">{{ċita web
|url=http://www.weatherbase.com/weather/weatherall.php3?s=79561&refer=&units=metric
|titlu=Weatherbase: Temp storiku għal Malta
|formatdata=dmy
|aċċess=}}</ref>
|aċċess = }}
 
== Ekonomija ==
{{artiklu prinċipali|Ekonomija ta' Malta}}
 
L-uniku riżors naturali ta' Malta hija l-[[ġebla]]; Però f'Malta teżisti popolazzjoni produttiva ħafna li rnexxielha togħli l-istandard tal-għajxien tal-Maltin grazzi għal ħafna sforzi li jixhdu kemm il-Maltin huma kapaċi. Malta tipproduċi biss daqs 20% tal-ikel li għandha bżonn, waqt li r-riżorsi tal-ilma naturali huma ferm limitati; Għalhekk dawn huma mejgħuna minn sorsi ta' ilma magħmulin mill-bniedem, fejn l-ilma tal-baħar jiġi desalinizzat biex jiġi tajjeb għax xorb. F' Malta m' hemm l-ebda sors t'enerġija domestika.
 
L-ekonomija tiddependi ħafna fuq il-kummerċ u l-investiment barrani bl-użu tal-gżejjer bħala port, manifattura (speċjalment elettronika u tessuti) u fuq kollox it-turiżmu.
 
Riċentement, ġew [[privatiżżati]] xi korporazzjonijiet li kienu kkontrollati mill-istat, u ġew ukoll illiberaliżżati s-swieq, bit-tneħħija ta' ħafna taxxi li kienu jipproteġġu l-manifatturat Malti. Dan seħħ biex Malta tkun ippreparata għal sħubija sħiħa mal-[[Unjoni Ewropea]], li seħħet fl-[[1 ta' Mejju]], [[2004]].
 
Dan l-aħħar, Malta u t-[[Tuneżija]] qegħdin jiddiskutu l-użu kummerċjali tal-i[[xkaffa kontinentali]] bejn iż-żewġ pajjiżi, partikolarment għat-tfittxija għaż-[[żejt]].
 
=== Storja tal-ekonomija ===
 
Qabel l-1800, Malta kellha vera ftit industriji, apparti dik tal-qoton, it-tabakk, u tat-tarnzi. It-tarzna kienet iżjed tard użata mil-inglizi għal skopijiet militari. Fi żmien tal-gwerer, l-ekonomija ta' Malta marret tajjeb, minħabba il-pożizzjoni strateġika ta' dawn il-gżejjer.
 
Waqt il-Gwerrer Napoleoniċi (1800-1815), l-ekonomija ta' Malta' marret tajjeb, u saret iċ-ċentru ta' bejgħ u xiri. Fl-1808 żewġ terzi tat-tgħabbija konsenjata minn Malta marret Lvant u l-Eġittu. Iktar tard, nofs it-tgħabija kienet ġeneralment destinanta għal Triest. It-tgħabbija kienet tikkonsisti minn prodotti manufatturati l-Ingilterra jew fil-Kolonji. L-Ekonomija ta' Malta gawdiet minn dan in-negozju u ħafna nies tas-sengħa bħan-nissieġa sabu xogħol fil-portijiet.
 
Fl-1820, waqt il-Battalja ta' Navarino, li kienet fil-Greċja, l-Armata Ingliża kien ibbażata f'Malta. Fl-1839, il-kumpaniji ġiganteski Pacific and Orient (P & O) u l-East India Company kienu jużaw il-port Malti waqt il-vjaġġi lejn l-Eġittu u l-Lvant.
 
Fl-1869, Malta gawdiet mill-ftuħ tal-Kanal tas-Suez u kien hemm żieda massiva fil-vapuri li kienu jidħlu Malta. L-ekonomija Maltija kienet daħlet f'fażi speċjali. Il-Mediterran ġie deskritt bħala "Highway" tan-Negozju tad-dinja, u numbru ta' vapuri kienu jidħlu Malta għal faħam u munizjon ieħor qabel ikomplu bil-vjaġġi tagħhom lejn l-Oċean Indjan u l-Orjent.
 
Bejn l-1871 u l-1881 8,000 ħaddiema sabu xogħol fit-tarzni u numru ta' banek fetħu f'Malta. Sal-1882 Malta kienet laħqet il-quċċata, f'dak li jirrigwarda il-qasam ekonomiku.
 
Però l-ekonomija Malti ma tantx damet fil-quċċata. Ftit qabel it-tmiem ta' seklu 19 l-ekonomija bdiet tmur għall-għar u fl-erbgħinijiet kienet fi kriżi serja. Din kienet primarjament minħabba l-invenzjoni tal-vapuri kbar li kienu jaħdmu biż-żejt, allura ma kellhomx għalfejn jidhlu fil-port il-kbir biex jerġghu jimlew il-fjuwil. Il-gvern ingliż kellu jestendi t-tarzna.
 
Sa minn tmiem it-tieni gwerra dinjija, l-importanza tal-pożizzjoni strateġika ta' Malta kien laħaq livell verament baxx. It-teknoloġija tal-ajruplani tal-gwerra, u l-invenzjoni tal-bomba atomika, biddlu l-importanza ta' din il-bażi militari. L-Inglizi tilfu l-kontroll tal-Kanal tas-Suez, u ma baqgħux fit-tarzna navali, minflok saret tarzna kummerciali għal bini u t-tiswija tal-vapuri.
 
== Demografija ==
{{artiklu prinċipali|Demografija ta' Malta}}
 
[[Stampa:Satelite image of Malta.jpg|thumb|200px|Ritratt tal-gżejjer Maltin meħud bis-satellita]]
 
B'madwar 1,250 abitant għal kull kilometru kwadru, Malta tista' titqies bħala wieħed mill-aktar pajjiżi b'densità tal-popolazzjoni fid-dinja. Parti kbira mill-popolazzjoni hija ta' dixxendenza [[Taljana]], (partikolarment [[Sqallija]]), [[Franċiża]], [[Spanjola]] u [[Brittanika]].
 
Il-[[Kattoliċiżmu Ruman]] huwa ddikjarat ir-reliġjon uffiċjali tal-gżejjer Maltin. Huwa stmat li madwar 90% tal-popolazzjoni huma Kattoliċi għalkemm madwar 60% biss huma prattikanti. Malta għandha żewġ lingwi uffiċjali: il-[[Lingwa Maltija|Malti]] u l- [[Lingwa Ingliża|Ingliż]], għalkemm it-[[Lingwa Taljana|Taljan]] huwa wkoll mifhum sewwa u hu mitkellem minn ħafna, l-aktar minħabba l-influwenza tal-media Taljana u r-rabtiet storiċi bejn iż-żewġ pajjiżi fil-passat.
 
== Referenzi ==
{{referenzi|2}}
 
== Ara wkoll ==
* [[Irħula ta' Malta]]
* [[Parroċċi ta' Malta]]
* [[Lista tal-għasafar ta' Malta]]
* [[Flora ta' Malta]]
* [[Fortifikazzjonijet ta' Żmien l-Ingliżi f'Malta]]
* [[Fortifikazzjonijiet ta' Żmien il-Kavallieri f'Malta]]
* [[Muniti tal-ewro ta' Malta]]
* [[Nies prominenti Maltin]]
* [[Kolonja ta' Malta]]
* [[Stat ta' Malta]]
 
== ĦoGvern ==
* [http://www.gov.mt/ Sit uffiċjali tal-gvern Malti]
* [https://www.cia.gov/library/publications/world-leaders-1/world-leaders-m/malta.html Kap tal-Istat u l-Membri tal-Kabinett]
* [http://www.afm.gov.mt/ Sit uffiċjali tal-Forzi Armati ta' Malta]
* [http://www.mepa.org.mt/ L-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar]
* [http://victorcauchi.fortunecity.com/EuCmp/lex/lexindex.htm Liġijiet ta' Malta] – Taqsira ta' liġijiet prinċipali u glossarju ta' xi termini
 
;Aħbarijiet
* [http://www.timesofmalta.com/ The Times of Malta]
* [http://www.maltatoday.com.mt/en/home Malta Today]
* [http://www.independent.com.mt/ The Malta Independent]
* [http://www.inewsmalta.com/ iNewsMalta]
* [http://www.maltastar.com/ MaltaStar]
* [http://www.newsbook.com.mt/ Newsbook]
* [http://www.maltarightnow.com/ MaltaRightNow]
 
;Vjaġġar
* [http://www.visitmalta.com/ Sit uffiċjali tal-Awtorità tat-Turiżmu]
* [[wikivoyage:Malta|Gwida għall-ivjaġġar għal Malta]] fuq Wikivjaġġar
* (en) [http://malta.world-travel.com.mt/ Malta Travel Guide] patronized by Malta Tourism Authority
 
;Oħrajn
* [http://www.holidaysmalta.info/ Informazzjoni fuq Malta]
* [http://www.maltaattraction.com/ Storja Awdjovizziva ta' Malta]
* [http://www.guidetomalta.net/ Gwida għal Malta]
* [http://www.emporis.com/en/wm/co/?id=malta Malta] fuq Emporis.com
* (en) [http://www.maltawiki.com Malta Wiki]
* [http://maltaindex.com Malta Business Directory]
* [https://jobsplus.gov.mt JobsPlus]
*[https://keepmeposted.com.mt Keepmeposted - Jobs]
* [https://www.keepmeposted.com.mt/jobs Jobs In Malta]
* [http://vacanciesinmalta.com Vacancies In Malta]
* [http://malta.cc/ Kollox fuq Malta]
* [http://real-estate-malta.com/ Dwar Real Estate f'Malta]
* [https://www.cia.gov/library/publications/the-world-factbook/geos/mt.html Malta] fuq il-[[CIA World Factbook|Ktieb tal-Fatti tad-Dinja]]
 
{{Repubblika ta' Malta}}
{{Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea}}
{{Ewropa}}
{{Pajjiżi tal-Commonwealth}}
 
[[Kategorija:Stati membri tal-Unjoni Ewropea]]
[[Kategorija:Pajjiżi gżejjer]]
[[Kategorija:Repubbliki]]
[[Kategorija:Gżejjer Mediterranji]]
[[Kategorija:Commonwealth tan-Nazzjonijiet]]
[[Kategorija:Malta]]
[[Kategorija:Pajjiżi stabbiliti fl-1974]]