Pietru Pawl Saydon: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 78.133.63.175 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' Leli Forte
Tag: Rollback
No edit summary
Linja 12:
Hekk kiteb Saydon fil-Kelmtejn Qabel għall-[[Ktieb tal-Ġenesi]], l-ewwel ktieb tal-Bibbja li qaleb għall-Malti fl-1929. Il-Professur Pietru Pawl Saydon għamel "miraklu" meta rnexxielu jittraduċi l-Iskrittura sħiħa waħdu mill-oriġinal, xogħol li kull meta sar, dejjem sar f'tim magħmul minn diversi studjużi. Din it-traduzzjoni swiet lil Saydon tletin sena sħaħ ta' ħidma u dedikazzjoni, bejn l-1929 u l-1959, traduzzjoni li warajha Saydon tilef għaqlu u li għaliha huwa ddedika r-riżorsi tiegħu kollha, kemm intellettwali kif ukoll finanzjarji, billi ħareġ minn butu l-ispejjeż kollha tal-pubblikazzjoni.
 
Bħala Professur tal-Iskrittura fl-Università ta' Malta, Saydon ħa sehem attiv f'diversi kungressi internazzjonali, li laqqgħuh ma' studjużi BibbliċiBibliċi ta' fama mondjali, [[Kattoliċi]]żmu, [[Protestanti]]żmu u [[Ġudaiżmu|Lhud]]. Bejn l-1932 u l-1962 attenda mhux inqas minn sbatax-il kungress BibblikuBibliku fl-aqwa universitajiet: Ruma (1932); Brussell (1938); Pariġi (1948); Ruma u Norfolk (1952); Kopenħagen (1953); Cambridge u Louvain (1954); Birmingham (1955); Strasburgu (1956); Munich (1957); Brussell (1958); Louvain u Oxford (1959); Dublin (1961). Kien il-fundatur tal-"Għaqda BibblikaBiblika Maltija", membru tal-''International Association for the Study of the Old Testament'' u membru tas-''Society of Biblical Literature'' tal-[[Stati Uniti tal-Amerika|Istati Uniti tal-Amerika]], fost l-oħrajn. Saydon ikkumenta sitt kotba tat-[[Testment il-Qadim]] f'kummentarju ċelebri taħt l-awspiċi tal-Knisja Kattolika Ingliża. Dan il-''Catholic Commentary on Holy Scripture'' ġie ppubblikat f'[[Londra]] u [[Edinburgu]] fl-1953.
 
== Diżappunti ==