Maja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link GA template (handled by wikidata)
→‎Reliġjon: Żbalji
Linja 1:
Il-'''Maja''' kien poplu [[Indjan-Amerikan]] li żviluppa [[ċiviltà]] meraviljuża fl-[[Amerika Ċentrali]] u fin-nofsinhar tal-[[Messiku]]. Iċ-ċiviltà tal-Maja laħqet l-aqwa tagħha madwar is-sena 250 W.K. u kompliet tiżviluppa għal aktar minnn 600 sena. Il-Maja pproduċew [[arkitettura]], [[pittura]], xogħol tal-[[fuħħar]] u [[skultura]] mill-aqwa. Għamlu avvanzi ta’ ltal-għaġeb fl-[[astronomija]] u fil-[[matematika]] u żviluppaw [[kalendarju]] annwali preċiż. Kien fost l-ewwel popli fl-Emisfera tal-Punent b’forma ta’ kitba avvanzata.
[[Stampa:piramidakukulkan.jpg|daqsminuri|lemin|Piramida lil Kukulkan f’Chichen Itza]]
Il-Maja kienu jgħixu f’territorju ta’ madwar 311,000 kilometru kwadru. Illum dan it-territorju huwa maqsum bejn il-Messiku u pajjiżi oħra ta’ ltal-Amerika Ċentrali. Huwa magħmul mill-istati Messikani ta’ [[Campeche]], [[Yucatán]] u [[Quintana Roo]] u parti mill-istati ta’ [[Tabasco]] u [[Chiapas]]. Jinkludi ukoll [[Beliże]], il-parti l-kbira tal-[[Gwatemala]] u parti minn [[El Salvador]] u mill-[[Ħonduras]]. Il-qalba taċ-ċiviltà tal-Maja kienet fil-foresta tropikali fl-artijiet il-baxxi tat-Tramuntana tal-Gwatemala. Ħafna mill-ibliet il-kbar tal-Maja, bħal [[Piedras Negras]], [[Tikal]] u [[Uaxactún]] żviluppaw f’dan ir-reġjun.
Sa madwar is-sena 900 W.K., iċ-ċiviltà tal-Maja nbidlet f’ħafna modi. Eżempju, in-nies ta’ l-artijiet il-baxxi tan-Nofsinhar abbandunaw l-ibliet u fl-aħħar mill-aħħar ir-reġjun kollu. L-istudjużi għadhom qegħdin ifittxu għaliex is-[[soċjetà]] tal-Maja waqgħet. Huma jeżaminaw il-kitbiet li fadal u jfittxu għal xi ħjiel fost il-fdalijiet ta’ ltal-ibliet tal-Maja. Bidliet kbar seħħew ukoll fit-Tramuntana ta’ l-artijiet il-baxxi iżda l-Maja komplew jgħixu hawnhekk.
Illum id-dixxendenti tal-Maja jgħixu fil-Messiku u fl-Amerika Ċentrali. Dawn in-nies jitkellmu l-ilsna tal-Maja u baqgħu jżommu xi drawwiet reliġjużi ta’ ltal-antenati tagħhom.
 
== Stil ta’ ħajja ==
Linja 12:
Ir-reliġjon kellu parti importanti fil-ħajja ta’ kuljum tal-Maja. Kull [[jum]] fis-[[sena]] tal-Maja kellu tifsira reliġjuza speċjali u [[festi]] reliġjużi f’ġieħ xi alla partikolari kienu jsiru matul is-sena. Il-Maja kienu jħarsu lejn l-allat tagħhom kemm bħala għajnuna kif ukoll bħala ħsara. Biex jieħdu l-għajnuna mingħand l-allat, il-Maja kienu [[sawm|jsumu]], [[talb|jitolbu]], joffru [[sagrifiċċju|sagrifiċċji]] u kienu jagħmlu ħafna ċerimonji reliġjużi. [[Ċerva|Ċriev]], [[kelb|klieb]] u [[dundjan]]i kienu jiġu ssagrifikati biex jitimgħu lill-allat. Ta’ spiss il-Maja kienu joffru demmhom stess, li kienu jxerrdu fuq biċċiet tal-qxur tas-[[siġar]]. Il-Maja kienu jagħmlu s-[[sagrifiċċji umani]]. Ġieli kienu jitfgħu dawn il-vittmi f’bjar fondi jew kienu joqtluhom waqt il-[[funeral]]i ta’ mexxejja kbar.
 
Fl-ibliet il-Maja bnew [[piramida tal-Maja|piramidi]] tal-franka għoljin u fuq nett kien ikun hemm [[tempju|tempji]] żgħar. Il-[[qsssis|qassisin]] kienu jitligħujitilgħu t-taraġ tal-piramidi u jagħmlu ċ-ċerimonji fit-tempji. Ħafna mill-festi reliġjużi bħal dik tas-sena l-ġdida tal-Maja u għal kull xahar tal-Maja, kienu jsiru fl-ibliet.
 
Il-Maja kellhom ċerimonji speċjali meta jidfnu l-mejtin tagħhom. Il-kadavri kienu jinżebgħu bl-[[aħmar]] u wara jgeżwruhom fi twapet tat-[[tiben]] flimkien ma’ xi oġġetti personali tagħhom. Huma kienu jindifnu taħt id-[[dar]] fejn kienu għexu. Mexxejja tal-Maja u persuni importanti oħra kienu jindifnu bl-aqwa ilbies tagħhom fil-piramidi. Is-[[seftur]]i kienu jinqatlu u jindifnu magħhom, flimkien ma’ [[ġojjel]]li u [[għodda]], biex jintużaw fid-dinja l-oħra.