Marlene Farrugia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 16:
 
=== Kunsilliera tal-PN ===
Minkejja li ġejja minn familja [[Partit Laburista (Malta)|Laburista]], hija bdiet isservi bħala kunsilliera mal-[[Partit Nazzjonalista (Malta)|Partit Nazzjonalista]] fil-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ fl-1996. Ikkontestat l-Elezzjoni Ġenerali għall-ewwel darba fl-1998, mal-Partit Nazzjonalista, u ma kinitx eletta, l-iktar għax kienet taqbel ma' sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea. "Kont nippreferi kieku l-PL dak iż-żmien ta kontribut aktar siewi, għax forsi kien ikollna pakkett ta' sħubija aħjar minn dak li rnexxielhom iġibu l-PN waħedhom."
 
=== Membru Parlamentari Laburista ===
Linja 23:
"Minn politika tal-wegħdi u retorika, xtaqt u nixtieq nara politka prattika, msejsa fuq l-interess nazzjonali u mhux partiġġjan, u mħaddma b'mod responsabbli li jirrendi l-aktar ġid minn dak li nkunu qegħdin ninvestu bħala poplu, kemm jekk hu xogħol u finanzi f'kull qasam."
 
Hija kienet eletta bħala deputataDeputata Laburista fl-2008 mill-5 Distrett minn fejn ġabet 3,375 vot, fejn ingħatat ir-responsabbiltà ta' Kelliema għall-Utilitajiet. Wara r-riżenja ta' [[Alfred Sant]] minn Mexxej tal-Partit Laburista, hija appoġġjat in-nomina ta' [[George Abela]] għal Mexxej ġdid tal-Partit li iżda ntrebħet minn [[Joseph Muscat]].
 
Fl-2013, hija reġgħet kienet eletta mal-Partit Laburista li din id-darba rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013 (Malta)|Elezzjoni Ġenerali]] b'maġġoranza storika. F'din l-elezzjoni hija naqqset 850 vot, u ġabet 2,525 vot. Is-sieħeb tagħha, [[Godfrey Farrugia]] nħatar Ministru tas-Saħħa. Ftit jiem biss wara li saret Assistenta tal-Ministru, hija irriżenjat wara kritika kbira mill-pubbliku.
 
=== Indipendenti ===