Klassifikazzjoni bijoloġika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 52:
 
Sa Linnaeus speċi kienet tiġi identifikata minn sensiela twila ta' kliem, aġġettivi, attributi u ismijiet komuni, b'mod li l-ebda isem ma kien fiss u aċċettat universalment.
Is-sistema Linneana min-naħa l-oħra kellha l-vantaġġ li setgħet tidentifika faċilment u b'mod inekwivokabbli kwalunkwe speċi ta' annimali u ħxejjex. Fil-verità kienu diġà jezistu fl-imgħoddi xi traċċi tas-sistema binomjali, bħal f'[[Teofrastu]], [[Plinju xl-XiħKbir]], [[Gaspard Bauhin]] u [[Tournefort]]; imma Linnaeus kien l-ewwel li applikaha b'mod sistematiku waqt li barra minn hekk iddefinixxa sensiela ta' ''kategoriji tassonomiċi'' li bihom l-ispeċi setgħu jinġabru f'gruppi superjuri għall-ġeneri bħala waħdiet. Linnaeus fir-realtà beda juża din is-sistema fil-ktieb ''[[Species plantarum]]'' tal-1753 u fir-reviżjoni tal-1758 tas- ''Systema Naturae''.
 
Bis-sistema Linneana kull organiżmu jitqiegħed permezz ta' skala ġerarkika, f'sensiela ta' gruppi tassonomiċi, imsejħin ''taksa'' ([[takson]] fis-singular).