Klassifikazzjoni bijoloġika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 17:
Fost id-dixxipli ta' Aristotele kien hemm [[Teofrastu]] (373 QK - 288 QK) li fl-istudji tiegħu "''Riċerki dwar il-Pjanti''" u "''Kawżi tal-Pjanti''", kien l-ewwel li ddefinixxa d-differenza u d-distinzjoni bejn ''annimali'' u ''veġetali''.
 
Anki matul il-perjodu ta' Ruma antika, ma naqsux l-approċċi naturalistiċi, imma dawn kienu kważi kollha karatterizzati minn reproduzzjoni kontinwa tal-istess testi Aristoteliċi. Però insibu xi ftit tentattivi ta' innovazzjoni fil-kotba tan-''Naturalis historia'' ta' [[Plinju xl-XiħKbir]] (23-79 WK) għalkemm dawn l-innovazzjonijiet iħarsu wkoll lejn annimali fantastiċi, pjanti mirakulużi u eżempji oħra mill-leġġendi u l-mitoloġija. Il-kitba ta' Plinju kellha tkun il-bażi tat-twelid ta' dawk li jissejħu "bestjarji medjoevali" li, matul il-[[Medjuevu]] kollu ħalltu r-riċerka sistematika mat-tradizzjoni ħrafija popolari.
 
[[Stampa:Isidor von Sevilla.jpeg|thumb|left|230px|Isidoru ta' [[Sivilja]], Arċisqof ta' Sivilja]]