President ta' Malta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Commonwealth tan-Nazzjonijiet
Linja 1:
Il-'''President ta' Malta''' huwa l-[[kap tal-istat]] kostituzzjonali tar-[[Malta|Repubblika ta' Malta]], bil-poter jibqa' f'idejn il-[[Prim Ministru ta' Malta|Prim Ministru]]. Il-President jiġi elett mir-Riżoluzzjoni tal-[[Kamra tad-Deputati ta' Malta|Kamra tad-Deputati]] għal mandat ta' ħames snin. Il-President ta' Malta huwa l-gwardjan tal-[[Kostituzzjoni ta' Malta]] fejn hu biss li jieħu dan il-ġurament quddiem il-Kamra. Jekk il-President jiddubita fuq kemm il-kostituzzjonalità ta' liġi anke jekk l-avviż tal-Avukat Ġenerali jgħid li timxi skont il-kostituzzjoni, dan jista' jistaqsi għal aktar kjarifika. Il-President jifforma parti, kemm b'mod dirett u dak indirett, tat-tliet fergħat tal-istat. Jifforma parti tal-Parlament (Kapitolu VI, sezzjoni 51), jaħtar il-ġudikatura (Kapitolu VIII, sezzjoni 96) u l-awtorità eżekuttiva hi eżerċitata mill-President (Kapitolu VII, sezzjoni 78).
 
Din il-kariga inħalqet l-ewwel darba fit-13 ta' Diċembru, 1974, meta Malta saret repubblika fost il-[[PajjiżiCommonwealth taltan-CommonwealthNazzjonijiet|Commonwealth]]. L-aħħar [[Gvernatur Ġenerali]], is-Sur [[Anthony Mamo]], sar l-ewwel President tar-Repubblika biex ħa post ir-[[Reġina Eliżabetta II]] bħala l-kap tal-istat. Mamo serva bħala President sal-1976. L-ewwel mara li laħqet din il-kariga għolja kienet is-Sinjorina [[Agatha Barbara]], li kienet ministru fi żmien il-gvern preċedenti Laburista.
 
Mill-1989, il-mandat tal-President beda u spiċċa fl-4 ta' April. Attwalment, il-President ta' Malta hija n-Nutar Marie-Louise Coleiro Preca.