2016: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 83:
* 17: Papa Franġisku jiltaqa' mar-refuġajti f'Lesbos fil-Greċja. Jieħu tnax minnhom miegħu fil-Vatikan.
* 17: Il-President ta' Malta tieħu sehem f'simpożju internazzjonali fuq il-paċi u d-djalogu fit-Tuneżija.
* 18: Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil iressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern, li tiġi emendata mill-Ministru Owen Bonnici għal waħda ta’ fiduċja fil-Gvern. Wara dibattitu ta’ madwar 13-il siegħa, il-Parlament approva il-mozzjoni kif emendata bit-38 vot favur u 31 kontra.
* 20: Tmut l-iktar persuna anzjana f'Malta, Swor Lidia (Giuseppa) Formosa tas-Sorijiet tal-Karità, fl-età ta' 107 snin.
* 26: Il-President ta' Malta titkellem fil-Global Forum organizzat mill-Alleanza taċ-Ċiviltajiet tan-NM f'Baku, Azerbaijan. Tiltaqa' mal-Presidenti ta' Azerbaijan u tat-Turkija.
Line 96 ⟶ 97:
* 3: [[Donald Trump]] iddikjarat il-kandidat tal-Partit Repubblikan għall-Elezzjoni Presidenzjali.
* 3: Il-President ta' Malta tindirizza l-WIP Global Summit organizzat mill-Kunsill tal-Mexxejja Nisa tad-Dinja fil-Ġordan.
* 4: Il-Parlament ma japprovax mozzjoni ta’ sfiduċja fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi, imressqa mid-Deputata Marlene Farrugia. Il-mozzjoni m’għaddietx b’31 vot favur u 36 kontra.
* 12: Fil-Brażil, is-Senat jissospendi lill-President [[Dilma Rousseff]] għal 180 jum, biex tiddefendi ruħa minn impeachment fuq preżunt self minn banek statali biex tgħatti d-defiċit fiskali u tħallas il-programmi soċjali. Il-Viċi President Michel Temer jieħu postha.
* 12: [[Papa Franġisku]] jaqbel li titwaqqaf kummissjoni biex tistudja jekk in-nisa jistgħux isiru djakni.
Line 165 ⟶ 167:
* 14: Attakk terroristiku bi trakk f'[[Nizza]], [[Franza]], iwassal għall-mewt ta' 84 ruħ u 200 ferut.
* 15: Attentat ta' kolp ta' stat fit-[[Turkija]] jfalli wara li jinqatlu 300 ruħ u jweġġgħu 1,500 ruħ. Madwar 6,000 ruħ jintefgħu l-ħabs.
* 18: Il-Parlament Malti japprova riforma fil-ħatra tal-Ġudikatura biex ma tħalliex il-poter kollu tal-proċess f’idejn il-Prim Ministru tal-ġurnata iżda f’idejn l-esperti li jridu jagħtu parir lill-Prim Ministru, u jekk ma jiġix segwit il-parir irid jingħad pubblikament ċar u tond.
* 22: Sparatura fi [[Munich]], il-[[Ġermanja]], twassal għal 10 persuni maqtula u 35 ruħ feruti.
* 23: Attentat suwiċida f'[[Kabul]] joqtol 80 ruħ u jferi 230. L-IS jieħu r-responsabiltà.
* 25: Il-Parlament Malti iwaqqaf Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet. Il-Membri tal-Parlament li jfallu seduta bla ma jkunu skużati jibdew jeħlu multa ta' ħamsin ewro.
* 26: Qassis jitħanxarlu għonqu u jinqatel waqt li qed iqaddes fi knisja fi Franza.
* 26: [[Hilary Clinton]] issir l-ewwel kandidat mara nominata minn partit ewlieni għal [[President tal-Istati Uniti]].
* 27: [[Papa Franġisku]] jibda żjara fil-[[Polonja]], fl-okkażjoni tal-[[Jum Dinji taż-Żgħażagħ]].
* 31: Malta ssir il-pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha, skont il-Eurobarometer, u l-Maltin għandhom l-ogħla rata ta’ fiduċja fil-gvern nazzjonali minn fost iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea. 80% f’Malta jemmnu li l-ekonomija tagħna sejra tajjeb. Dan huwa d-doppju tal-livell fil-bqija tal-Unjoni Ewropea u fl-istħarriġ li kien sar fi tmiem l-amministrazzjoni preċedenti.
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
* 2: [[Muhammad Alì|Elie Wiesel]], awtur Lhudi-Rumen u sopravissut ta' Auschwitz.