Klassifikazzjoni bijoloġika: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 9:
[[Stampa:Busto di Aristotele conservato a Palazzo Altaemps, Roma. Foto di Giovanni Dall'Orto.jpg|thumb|230px|right|Bust ta' [[Aristotele]], [[Ruma]].]] Is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-forom tal-ħajja l-iżjed antika introduċieha [[Aristotele]] (384 QK - 322 QK), li fl-''[[De Anima]]'' kklassifika l-annimal. Din il-klassifika ibbażaha fuq il-mod kif l-annimali jimxu minn post għall-ieħor u l-ambjent li jgħixu fih (arja, art jew ilma).
 
Aristotele ppropona wkoll xi klassifikazzjonijiet iżjed profondi fix-xogħlijiet ''Riċerki fuq l-annimali'', ''Il-partijiet tal-annimali'' u ''Dwar il-ġenerazzjoni tal-annimali''. Aristotele ppropona sistema ta' klassifikazzjoni bbażata fuq il-ftit tagħrif li kellu dak iż-żmien li kien fih ħafna suppożizzjonijiet. L-istudji tiegħu kienu fil-parti l-kbira annotazzjoni tal-karatteristiki, xi wħud anatomiċi, xi wħud fiżjoloġiċi u xi wħud etoloġiċi.
 
Bix-xogħol tiegħu ir-[[Renju (bijoloġija)|renju]] tal-[[Animalia|annimali]] inqasam f'żewġ gruppi, l-''Enaima'' (= ''bid-demm'') u ''Anaima'' (= ''bla demm''). Fl-ewwel grupp insibu l-[[Bniedem|bniedem]], il-kwadrupedi, iċ-[[Cetacea|ċetaċej]], il-ħut u l-għasafar u fit-tieni hemm il-parti l-kbira tal-[[Crustacea|krustaċej]] [[Decapoda|dekapodi]], xi [[Mollusca|molluski]] u dawk li idefinixxa bħala ''Entema'', jiġifieri ġabra ta' [[Insecta|insetti]], [[Myriapoda|mirjapodi]], [[Arachnida|araknidi]], [[Anellida|anellidi]] u dud parassit. Bħala l-kriterju tal-klassifikazzjoni tal-Entema Aristotele adotta l-qsim tal-ġisem tal-annimali f'segmenti separati (mill-Grieg ''entomos'', qasma) li magħhom kien hemm serje ta'appendiċi għall-mixi. Jekk inwarrbu d-dud, id-definizzjoni Aristotelika ta' Entema toqrob ħafna lejn il-klassi moderna ta' [[Arthropoda|Artropodi]].