2016: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 7:
* 3: Wara l-eżekuzzjoni tal-mexxej reliġjuż Xiita Nimr al-Nimr, l-Għarabja Sawdita twaqqaf ir-relazzjonijiet mal-Iran.
* 8: Joaquín Guzmán, wieħed mill-akbar traffikanti tad-droga fid-dinja, jinqabad mill-ġdid wara li kien ħarab minn ħabs ta' sigurtà massima.
* 9: Il-Knisja Maltin tikkonkludi l-istħarriġ dwar l-allegati dehriet, messaġġi u fenomeni mistiċi marbuta ma' [[Anġelik Caruana]] f'Borġ in-Nadur u tgħid li l-allegati fenomeni, "mhumiex ġejjin minn Alla u għalhekk, m'għandhomx oriġini sopranaturali." F'digriet l-Arċisqof jordna "lill-Presbiteri, lir-Reliġjużi Rġiel u Nisa, lill-Katekisti u lill-Insara Fidili kollha biex ma jippromovux, bl-ebda mod, l-imsemmija allegati dehriet, allegati messaġġi, u allegati fenomeni mistiċi oħrajn."
* 16: L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika tħabbar li l-Iran żmantella b'mod adegwat il-programm tiegħu tal-armi nukleari, biex b'hekk in-Nazzjonijiet Magħquda ineħħu s-sanzjonijiet minn fuq l-Iran mill-ewwel.
* 16: Raġel Malti magħruf fi ċrieki ta' kriminalità jinqatel b'bomba li kienet ġewwa l-karozza tiegħu.
* 17: Folla tipprotesta kontra l-fatt li grupp ta' Musulmani kienu qed jitolbu barra faċċata l-Knisja tal-Imsida.
* 20: [[Michael Falzon]] jirriżenja minn Segretarju Parlamentali għall-Ippjanar wara li ħareġ ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq l-espropjazzjoni tal-propjetà ta' Gaffarena.
* 21: Il-Prim Ministru Muscat jiftaħ kawża l-Qorti biex jieħu lura l-propjetà li ngħatat lil Gaffarena. [[Deborah Schembri]] tinħatar Segretarju Parlamentari.
* 30: [[Toni Abela]] jiġi nnominat mill-Prim Ministru [[Joseph Muscat]] biex iservi bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
 
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
* 10: [[David Bowie]], kantawtur u attur Ingliż
* 14: Alan Rickman, attur u direttur Ingliż
* 19: Ettore Scola, direttur tal-films Taljan
 
== Frar ==
* 7: Il-[[Korea ta' Fuq]] tispara fl-ispazju long-range rocket, biex hekk tikser ħafna trattati tan-Nazzjonijiet Magħquda u tiġbed kundanni minn madwar id-dinja kollha.
* 9: [[Donald Trump]] jirbaħ il-Primaries tar-Repubblikani ta' New Hampshire u jibda jidher li se jkun hu l-kandidat tar-Repubblikani għall-elezzjonijiet presidenzjali li se jsiru f'Novembru.
* 12: [[Papa Franġisku]] u l-Patrijarka Kirill ta' Moska jiffirmaw dikjarazzjoni ekumenika f'Kuba, f'laqgħa storika bla ebda preċedent.
 
* 25: [[Konrad Mizzi]] jinħatar Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]], wara li [[Toni Abela]] ġie nnominat mill-Prim Ministru għal membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
* 16: Boutros Boutros Ghali, eks Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.
* 19: [[Umberto Eco]], filosfu u awtur Taljan.
* 19: [[Harper Lee]], kittieba Amerikana.
 
== Marzu ==
* 6: Il-Partit Nazzjonalista jorganizza protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni fil-Belt Valletta.
* 13: Bomba tisplodi f'Ankara, il-kapitali tat-Turkija, u toqtol 32 ruħ.
* 15: In-nomina ta' Toni Abela għal membru tal-Qorti tal-Awdituri tiġi miċħuda mill-Kumitat finanzjarju tal-Parlament Ewropew.
* 22: Tliet splużjonijiet ko-ordinati fil-Belġju joqtlu mill-inqas 32 ruħ u jferu 250. L-IS tieħu r-responsabbiltà tal-attakki.
* 24: L-eks mexxej Serb Radovan Karadzic jingħata 40 sena ħabs wara li nstab ħati ta' ġenoċidju fil-gwerra tal-Bożnja.
'''Tul dan ix-xahar mietu:'''
* 6: L-Arċisqof Malti [[Paul Giglio]], Nunzju għan-Nikaragwa u l-Eġittu.
* 6: Nancy Reagan, l-armla tal-eks President Amerikan [[Ronald Reagan]].
* 21: L-Arċisqof Emeritu [[Ġużeppi Mercieca]], li kien Arċisqof ta' Malti mill-1976 sal-2006.
* 24: [[Johan Cruyff]], eks plejer u maniġer tal-futbol Olandiż
 
[[Kategorija:2016]]