Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 92:
 
L-abitanti huma magħrufa bil-Malti bħala "Pariġini", bl-Ingliż bħala ''Parisians'' u bil-Franċiż bħala ''Parisiens'' ({{awdjo|Parisien2.ogg|paʁizjɛ̃}}), kienu magħrufa wkoll bħala ''Parigots'' ({{awdjo|Parigot.ogg|paʁiɡo}}).<ref>Il-kelma kienet x'aktarx maħluqa mill-Pariġini tal-klassi popolari t'isfel li tkellmu *argot*, Imbagħad *parigot* kienet użata b'mod provokanti barra r-reġjun Pariġin u barra minn Franza kienet tfisser ''Parisians'' b'mod ġenerali.</ref>
 
===Oriġini===
Il-''[[Parisii (Gaul)|Parisii]]'', it-tribujiet ċeltiċi, abitaw iż-żona ta' Pariġi minn madwar nofs is-seklu 3 QK. Waħda mir-rotot kummerċjali tat-tramuntana u tan-nofsinhar maġġuri taż-żona kienet taqsam is-Seine fuq l-[[île de la Cité]]; din kienet post ta' laqgħa, tal-art u tar-rotot tal-kummerċ tal-ilma li gradwalment saret belt u ċentru kummerċjali importanti. Il-Parisii kienu nnegozjaw ma xi bliet li għandhom xmara ħafna l-bogħod mill-Peniżola Iberika, u b'dan il-għan inħadmu l-muniti tagħhom stess.
[[File:ParisiiCoins.jpg|thumb|left|Muniti tad-deheb nħadmu mill-Parisii (Seklu 1 QK)]]
 
Ir-[[Imperu Ruman|Romani]] ħakmu il-baċin ta' Pariġi fis-sena 52 QK u wara għamlu l-belt kamp ta' gwarniġġjon, kif ukoll bed jestendu l-ftehim tagħhom b'mod aktar permanenti għall-[[Rive Gauche|Bank Xellugi]] ta' Pariġi. Il-belt tal-Gallo-Romani kienet oriġinarjament imsejħa [[Lutetia]] (aktar fid-dettal, ''Lutetia Parisiorum'', "Lutetia tal-Parisii"). Hija saret belt prospera b'forum, banjijiet, tempji, teatri, u [[anfiteatru]].
 
Sal-aħħar tal-Imperu Ruman tal-Punent, il-belt kienet magħrufa sempliċement bħala ''Parisius'' bil-Latin u ''Paris'' bil-Frenċiż. Il-[[Kristjaneżmu]] ġie introdott fin-nofs tas-seklu 3 AD. Skond it-tradizzjoni, l-ewwel Isqof ta' Pariġi kien San [[Denis]]. Meta huwa rrifjuta li jirrinunzja l-fidi tiegħu, kien miet martri wara li ħanxrulu rasu fuq l-għolja li saret magħrufa bħala l-"Muntanja tal-Martri" (''Mons Martyrum''), eventwalment "[[Montmartre]]". Il-post tad-dfin tiegħu kien santwarju reliġjuż importanti; il-[[Bażilika ta' Saint-Denis]] inbniet hemmhekk u saret il-post tad-dfin tar-Reijiet Franċiżi.
 
[[Clovis I|Clovis il-Frank]], l-ewwel re tad-dinastija Merovingjana, għamel il-belt kapitali tiegħu sa mis-sena 508.
Il-fortifikazzjoni ta' Île-de-France naqset milli tipprevjeni, b'hekk [[Assedju ta' Pariġi (845)|tkeċċiet mill-Vikingi fis-sena 845]], iżda l-importanza strateġika ta' Pariġi bil-pontijiet u l-prevenzjoni vapuri għaddiet u ġiet stabbilita mid-difiża tas-suċċess fl-[[Assedju ta' Pariġi (885–86)]]. FIs-sena 987 [[Hugh Capet]], l-[[Għadd ta' Pariġi]] (''comte de Paris''), id-[[Duka tal-Franki]] (''duc des Francs'') kien elett ir-Re tal-Franki (''roi des Franks''). Taħt ir-regola tar-Reijiet [[Dar ta' Capet|Kapetani]], Pariġi gradwalment saret l-akbar u l-aktar belt sinjura fi Franza.
 
==Referenzi==