Dun Karm Psaila: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
No edit summary |
m Modifiki annullati ta' 77.71.152.134 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 37.146.212.100 |
||
Linja 15:
== Il-Belt, Tas-Sliema u Ħaż-Żebbuġ ==
Bejn l-1894 u l-1910 hu kien joqgħod fis-Seminarju fejn kien jgħallem
Fl-1936 telaq mill-Belt u mar joqgħod Tas-Sliema. Bejn Ġunju tal-1940 u Mejju tal-1945 minħabba l-attakki tat-Tieni Gwerra Dinjija, Dun Karm telaq mid-dar ta’ Tas-Sliema u niżel f’raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ. Dun Karm għex l-aħħar parti ta' ħajtu f'[[Tas-Sliema]]. Fis-17 ta’ Ġunju, 1961, Dun Karm telaq minn daru f’Tas-Sliema u daħal l-isptar tax-xjuħ tal-''Blue Sisters''. Fit-13 ta’ Ottubru, 1961, Dun Karm miet fl-4.00 ta' filgħodu. fl-età ta’ 90 sena neqsin biss ħamest ijiem. Nhar il-Ħadd, 15 t’Ottubru, 1961, sar il-funeral fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħaż-Żebbuġ u ndifen f’kappella mibnija apposta għalih fiċ-ċimiterju tal-Qalb ta’ Ġesù, f'raħal twelidu, Ħaż-Żebbuġ.
Linja 25:
Huwa kompla jikteb bit-Taljan sal-1912 meta wara laqgħa li kellu ma’ Mons. Pawl Galea u Ġużè Muscat Azzopardi beda jikteb bil-Malti fil-perjodiku “Il-Ħabib”. L-ewwel poeżija tiegħu bil-Malti kienet “Quddiem Xbieha tal-Madonna”, waħda mill-isbaħ. Dun Karm innifsu jirrakkonta hekk:
"Għodwa waħda, fl-1912, żewġt iħbieb tiegħi Monsinjur Pawlu Galea
F’Mejju, 1914, dehret l-ewwel ġabra ta’ 15-il poeżija bil-Malti ta’ Dun Karm bl-isem ta’ ''L-ewwel ward'' jew ''Ġemgħa tal-poeżijiet li ktibt bil-Malti'' fis-Sensiela tal-Mogħdija taż-Żmien (għadd 140) li kien jippubblika [[Alfons Maria Galea|Alfons Marija Galea]]. F’Settembru 1920 ħareġ ġabra ta’ 25 poeżija oħra, biex juri kemm l-ilsien Malti meta mħaddem tajjeb, mhu xejn inqas minn ilsna oħrajn. Dan il-ktieb jismu ''Ward ieħor'' jew ''Ġabra oħra ta’ poeżijiet bil-Malti'' u kien iddedikah lil ommu li kienet mietet fl-1909. Fis-sena 1921 kiteb il-poeżija ''Lil ħuti Maltin'' biex ifakkar l-għoti tal-Kostituzzjoni, li iżda xxandret fl-1939 minħabba li l-poeta ma riedx jiċċappas mal-preġudizzji politiċi ta’ dak iż-żmien.
|