Dun Karm Psaila: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Addition to the list of translations.
Another translation into a foreign language.
Linja 33:
L-ewwel xogħlijiet tiegħu bit-Taljan jixhdu żgħożija ta' sliem u kalma; wara l-mewt ta' ommu beda jgħix fis-solitudni. Meta ddeċieda li jibda juża l-Malti biex jesprimi ruħu, esplora poetikament l-istorja ta' Malta biex jikkonferma l-kultura u l-identità nazzjonali. Fl-istess ħin, uħud mill-isbaħ poeżiji tiegħu juru vjaġġ interjuri fl-esperjenzi u s-sentimenti tal-poeta. B'hekk irnexxielu jgħaqqad kemm li jħoss hu u l-esperjenzi tiegħu flimkien ma' dawk ta' pajjiżu u niesu. Dun Karm iħares kemm lejn in-naħa personali kif ukoll dik nazzjonali tal-poeżiji tiegħu minn għajn reliġjuża ħafna. Il-kriżi spiritwali f'''Il-Jien u lil hinn Minnu'' hi analizzata b'mod universali għall-bniedem, li tagħti dawl fuq l-eżistenza tal-bniedem u tinsisti fuq il-misteru tar-relazzjoni bejn [[Alla]] u l-bniedem, ħlief għall-fatt li l-bniedem jaċċetta b'mod sħiħ il-qawwa moħbija ta' dan Alla.
 
A.J. Arberry qaleb madwar 37 poeżija ta' Dun Karm għall-Ingliż. Ġużè Delia qaleb ''Il-Vjatku'' għall-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]] u Laurent Ropa qaleb ''Il-Jien u lil hinn Minnu'' għall-[[Lingwa Franċiża|Franċiż]], Karmenu Mallia qaleb 'Il-Jien u Lilhinn Minnu' u 'Il-Musbieħ tal-Mużew' flimkien ma' poeżiji żgħar oħra, fosthom l-Innu Malti u s-sunett: 'Lil Mikiel Anton Vassalli', fl-Esperanto. Yevgeniy Vitkovskiy (Евгений Владимирович Витковский) qaleb "'<nowiki/>''Ħerba"'<nowiki/>'', "'<nowiki/>''Kewkbet is-Safar"'<nowiki/>'', u "'<nowiki/>''Wied Qirda"'<nowiki/>'' għar-Russu ukoll Vladislav Rezvij (Владислав Александрович Резвый) qaleb '<nowiki/>''Roma Immortalis''' għar-Russu.
 
== Innijiet Reliġjużi ==