Robin Williams: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
[[Stampa:Robin_Williams_2011a_Robin Williams 2011a_(2).jpg|200px|thumb|lemin|Williams, 4 ta' Diċembru, 2011]]
'''Robin McLaurin Williams''' (Illinois, [[Stati Uniti tal-Amerika]], 21 ta' Lulju, 1951 – California, 11 ta' Awwissu, 2014) kien attur, ''stand-up comedian'', produttur tal-films, u xeneġġjatur Amerikan.
 
Huwa kiseb l-ewwel suċċess bil-karattru aljen Mork fis-serje televiżiva ''Mork & Mindy'' (1978–1982), il-bidu ta' karriera ta' suċċess bħala stand-up comedian u attur tal-films. Il-karriera tiegħu ta' films tinkludi fost l-oħrajn: ''Popeye'' (1980) li nħadem [[Malta]] u kien il-film li tah l-ispinta fil-karriera ċinematografika tiegħu, ''The World According to Garp'' (1982), ''Good Morning, Vietnam'' (1987), ''Dead Poets Society'' (1989), ''Awakenings'' (1990), ''The Fisher King'' (1991), ''Hook'' (1991), ''Aladdin'' (1992), ''Mrs. Doubtfire'' (1993), ''Jumanji'' (1995), ''The Birdcage'' (1996), ''Good Will Hunting'' (1997), ''Flubber'' (1997), ''Patch Adams'' (1998), ''Bicentennial Man'' (1999), ''Jakob the Liar'' (1999), ''Night at the Museum'' (2006), ''Insomnia'' (2002) u ''Happy Feet'' (2006). Deher ukoll fil-video "Don't Worry, Be Happy" ta' Bobby McFerrin.
Linja 6:
Kien nominat għall-Oscars bħala l-aqwa attur tliet darbiet, u rebaħ l-Oscar għal Best Supporting Actor fil-film Good Will Hunting. Rebaħ ukoll żewġ Emmy Awards, erba' Golden Globe Awards, żewġ Screen Actors Guild Awards u ħames Grammy Awards.
 
== Tfulija ==
 
Ommu kienet Laurie McLaurin, mudella mill-Mississippi, li bużnannuha kien is-senatur u gvernatur Anselm J. McLaurin. Missieru, Robert Fitzgerald Williams, li miet fl-1987, kien senior executive mal-Ford Motor Company. Trabba fil-Knisja Episkopali. Kellu żewġ ħutu: Robert Todd Williams (1938–2007) u McLaurin Smith.
 
Line 14 ⟶ 13:
Missier Williams ftit li xejn kien ikun id-dar, u meta kien ikun, Williams kien isibu "tal-biża'". Ommu ukoll kienet taħdem, u kienet tħallih mas-sefturi li kienet timpjega. Williams jgħdi li dan ħallieh b'biża' li jiġi abbandunat u b'kundizzjoni li hu sejħilha "Love Me Syndrome."
 
== Studju ==
 
Meta ggradwa fl-1969, is-senior class ivvutawlu bħala "l-Iktar Wieħed li mhux se jirnexxi" u "l-Ikbar Ċajtier."
 
Line 30 ⟶ 28:
Dwar il-film Popeye li nħadem f’Malta, il-kritiku tal-films Mario Azzopardi qal li għalkemm kien għadu fil-bidu tal-karriera tiegħu, Williams mill-ewwel wera x’potenzjal iħaddan meta ntgħażel jinterpreta l-parti prinċipali tal-film mid-direttur Robert Altman li kien rispettat immens u għal­kemm m’għadux ħaj għadu jgawdi stima għolja. Huwa qal ukoll li bis-saħħa ta’ Williams, Malta tgawdi promozzjoni fost id-dilettanti tal-films u jservi ta’ dħul ekonomiku u turistiku.
 
== Reazzjonijiet wara mewtu ==
 
Martu, Susan Schneider qalet li tilfet lil żewġha u l-aqwa ħabib li kellha imma d-dinja tilfet wieħed mill-aqwa persuni u atturi.
 
Line 48 ⟶ 45:
Il-Malta Film Commission fi stqarrija wriet is-sogħba tagħha għall-mewt tal-attur Robin Williams li ddeksirivietu bħala attur leġġendarju. Stqarret li l-films u x-xogħlijiet tiegħu se jibqgħu jservu ta’ ispirazzjoni u jferrħu l-ġenerazzjonijiet futuri.
 
== Films wara mewtu ==
 
Fil-perjodu tal-Milied 2014 Williams se jerġa’ jinterpreta l-parti ta’ Teddy Roosevelt fil-film “Night at the Museum: Secret of the Tomb”. Il-produzzjoni ta’ dan il-film spiċċat f’Mejju, iżda se jinħareġ għall-wiri fid-19 ta’ Diċembru.
 
Line 59 ⟶ 55:
 
Sadanittant Williams kien qiegħed jiltaqa’ wkoll mal-kittieb David Berenbaum dwar sequel għall-film kummiedja li kisbitlu suċċess enormi fl-1993, Mrs Doubtfire.
 
[[Kategorija:Atturi Amerikani]]