Assedju ta' Malta (1565): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 25:
Kien fit-[[18 ta' Mejju]], [[1565]] meta fuq ix-xaqq ta' sormi dehret il-flotta Ottomana mmexxija minn Pijali Paxà bħala Ammirall tal-flotta u Mustafà Paxà bħala ġeneral tat-truppi. L-Ottomani niżlu l-art b'40,000 suldat u tellgħu l-kampijiet tagħhom fil-kampanja l-ikbar wieħed kien fil-wita tal-[[Marsa]].
 
L-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann kien immexxi mill-Gran Mastru [[Jean Parisot de la Valette]] il-Kink. La Valette kellu madwar 9,000 raġel taħt l-armi li minnhom 592 kienu kavallieri. Il-biċċa l-kbira minnhom irġiel Maltin. Mill-bidu kien hemm diżgwit bejn il-Ġenerali Ottomani. Mustafà ried li jieħu lil [[Għawdex]] taħt idejh billi jirbaħ iċ-[[Ċittadella]] u jokkupa l-[[Mdina|Imdina]] b'hekk jifdal il-[[Forti Sant'Iermu]], il-[[Birgu]] u l-[[Isla]]. Pijali ma qabilx mal-pjan għax ried li l-ewwel jikseb port tajjeb u kenni għall-flotta. Għalhekk Pijali ried li l-ewwel jiġi attakkat il-forti Sant'Iermu u wara li jintrebaħ il-forti u l-flotta tkun sigura fil-port ta' [[Marsamxett]] isiru l-attakki biex tintrebaħ il-gżira. Meta tniżżlu t-truppi u twaqqfu l-kampijiet bdew l-attakki mill-ewwel fuq il-forti Sant'Iermu. Wara ġimagħtejn wasal [[Dragut]] bil-flotta tiegħu. U żdiedu l-attakki fuq il-forti li kien meqjus bħala l-iktar wieħed inferjuri mit-tlieta.
 
Il-Kavallieri u l-Maltin li kienu fil-forti għamlu reżistenza kbira u meta bdew jaqtgħu qalbhom għax kienu waslu fl-aħħar u talbu lil La Valette biex iħallihom iċedu, La Valette bagħat risposta li jekk iċedu jmur hu nnifsu b'nies oħra. Fl-aħħar wara iżjed minn xahar ġlied il-forti Sant'Iermu mfarrak għal kollox waqa' f'idejn l-Ottomani fit-[[23 ta' Ġunju]], [[1565]]. Meta l-Ottomani daħlu f'Sant'Iermu qabdu l-katavri tal-Kavallieri u l-Maltin, fetħulhom sidirhom forma ta’ salib u wara li rabtuhom mal-injam u tefgħuhom fil-[[Port il-Kbir|port]] lejn in-naħa tal-Birgu u l-Isla. La Valette b'risposta qata' ras il-priġunieri kollha u ordna li rjushom jiġu sparati lejn Sant'Iermu (li kien f'idejn l-Ottomani).
 
L-Ottomani tilfu mat-8,000 raġel u lil Dragut innifsu, li miet b’daqqa ta' ġebla ghax kellu l-bad vibes, kumparat mal-ammont żghir ta' nies li tilfu l-Kavallieri.
 
La Valette talab l-għajnuna lil [[Viċirè ta' Sqallija]] għal ħafna drabi. Wara xi żmien waslu 1,200 suldat taħt it-tmexxija ta' Don Garcia. La Valette ipprotesta ħafna u qal li ammonti żgħar ta’ suldati mhux sa jagħmlu differenza. La Valette, biex ibeżża' lill-Ottomani, kabbar kemm felaħ din l-għajnuna.