Robin Williams: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Robin Williams (Illinois, Stati Uniti tal-Amerika, 21 ta' Lulju, 1951 – California, 11 ta' Awwissu, 2014) kien attur, ''stand-up comedian'', produttur tal-films, u xeneġġjatur...
 
No edit summary
Linja 1:
Robin Williams (Illinois, Stati Uniti tal-Amerika, 21 ta' Lulju, 1951 – California, 11 ta' Awwissu, 2014) kien attur, ''stand-up comedian'', produttur tal-films, u xeneġġjatur Amerikan.
 
Huwa kiseb l-ewwel suċċess bil-karattru aljen Mork fis-serje televiżiva Mork & Mindy (1978–1982), il-bidu ta' karriera ta' suċċess bħala stand-up comedy u attur tal-films. Il-karriera tiegħu ta' films tinkludi Popeye (1980) li nħadem Malta, The World According to Garp (1982), Good Morning, Vietnam (1987), Dead Poets Society (1989), Awakenings (1990), The Fisher King (1991), Hook (1991), Aladdin (1992), Mrs. Doubtfire (1993), Jumanji (1995), The Birdcage (1996), Good Will Hunting (1997), Flubber (1997), Patch Adams (1998), Bicentennial Man (1999), Jakob the Liar (1999), Night at the Museum (2006), Insomnia (2002)u Happy Feet (2006). Deher ukoll fil-video "Don't Worry, Be Happy" ta' Bobby McFerrin.
 
Kien nominat għall-Oscars bħala l-aqwa attur tliet darbiet, u rebaħ l-Oscar għal Best Supporting Actor fil-film Good Will Hunting. Rebaħ ukoll żewġ Emmy Awards, erba' Golden Globe Awards, żewġ Screen Actors Guild Awards u ħames Grammy Awards.
 
== Tfulija ==
 
Ommu kienet Laurie McLaurin, mudella mill-Mississippi, li bużnannuha kien is-senatur u gvernatur Anselm J. McLaurin. Missieru, Robert Fitzgerald Williams, li miet fl-1987, kien senior executive mal-Ford Motor Company. Trabba fil-Knisja Episkopali. Kellu żewġ ħutu: Robert Todd Williams (1938–2007) u McLaurin Smith.
 
Sa minn età żgħira huwa kien ċajtier ħafna. Kien jeċċella fl-iskola u għażluh bħala president tal-klassi. Kien fit-tims tal-futbol u tar-wrestling tal-iskola. Fil-middle school, Williams soffra bullying u kien ibiddel it-triq lejn id-dar biex jevita lil min kien jaqbad miegħu. Biex ommu tagħti kasu kien jirrakkuntalha ċ-ċajt. Williams kien iqatta' ħafna mill-ħin waħdu fid-dar kbira li kellhom, jilgħab bl-elfejn suldat tal-logħob li kellu. "L-uniċi ħbieb li kelli meta kont tifel kienet l-immaġinazzjoni tiegħi," jgħid Williams.
 
Missier Williams ftit li xejn kien ikun id-dar, u meta kien ikun, Williams kien isibu "tal-biża'". Ommu ukoll kienet taħdem, u kienet tħallih mas-sefturi li kienet timpjega. Williams jgħdi li dan ħallieh b'biża' li jiġi abbandunat u b'kundizzjoni li hu sejħilha "Love Me Syndrome."
 
== Studju ==
 
Meta ggradwa fl-1969, is-senior class ivvutawlu bħala "l-Iktar Wieħed li mhux se jirnexxi" u "l-Ikbar Ċajtier."
 
Williams studja x-xjenza politika fi Claremont McKenna College. Williams kiseb borża ta' studju minn Juilliard School fi New York City. F'Marin County għamel tliet snin jistudja t-teatru fil-College of Marin, fejn skont l-għalliem tad-drama James Dunn, it-talent ta' Williams ħareġ mill-ewwel meta għamel il-parti ta' Fagin f'''Oliver!''.
 
Williams jgħid li kien tifel kwiet u l-ewwel darba li imita kien lil nanntu quddiem ommu. Il-mistħija tiegħu beda jegħlibha meta daħal fid-drama fil-high school. Fl-1973, Williams kien wieħed minn għoxrin student biss li ġie aċċettat f'Juilliard and u wieħed minn tnejn biss li ntgħażel minn John Houseman fl-Advanced Program tal-iskola ta' dik is-sena; l-ieħor kien [[Christopher Reeve]]. Williams ħalla Juilliard fl-1976 wara li Houseman, qallu, "M'hemm xejn iktar x'nistgħu ngħallmuk. Oħroġ u ibda aħdem."