Koran: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Robot: zh:古兰经 is a good article
No edit summary
Linja 13:
== Test ==
[[Stampa:FirstSurahKoran.jpg|150px|thumb|lemin|L-ewwel kapitlu tal-Koran]]
It-test tal-Koran jikkonsisti f'114-il kapitlu ta' tulijiet differenti, kull wieħed magħruf bħala ''sura''. Il-kapitli huma kklassifikati bħala "ta' Mekka" jew "ta' Medina", skont meta (qabel jew wara l-Ħiġjra) il-versi ġew rivelati. It-titli tal-kapitli ġejjin minn isem jew kwalità diskussa fit-test, jew mill-ewwel ittri jew kliem tas-sura. Il-Misilmin jemmnu li Muħammed, fuq ordni minn Alla, ta l-kapitli l-ismijiet li għandhom<ref name="Britannica" />. Ġeneralment, il-kapitli twal jidhru iżjed 'l quddiem fil-Koran, filwaqt dawk li huma iqsar jidhru aktar tard. L-arranġament tal-kapitli għalhekk mhux marbut mal-ordni tad-dati tar-rivelazzjoni. Kull ''sura'' minbarra d-disa' waħda tibda bill-''[[Basmala]] ''<ref> Għarbi: بسم الله الرحمن الرحيم trażlitterata bħala: '' bismi-llāhi r-raḥmāni r-Rahimi''.</ref>, frażi Għarbija li tfisser "F'isem Alla, l-iżjed Tajjeb, l-iżjed Ħanin"). Però, il-Basmala xorta tidher 114-il darba fil-Koran billi qegħdaqiegħda fil-vers 27:30 bħala l-ftuħ tal-ittra ta' [[Salamun]] lir-[[Reġina ta' Saba]]<ref>Allen, Roger ''An Introduction to Arabic literature'', Cambridge University Press, 2000 ISBN 0-521-77657-0. p. 53</ref>
 
Kull sura hi magħmula minn għadd ta' ''Ajat'' (versi, plural ta' ''Aja''). Oriġinarjament ''Aja'' kienet tfisser sinjal mibgħut minn Alla. In-numru ta' versi huma differenti minn kapitlu għall-ieħor. Vers jista' jkun ta' ftit ittri jew erba' linji biss. Il-versi huma differenti mill-poeżija rfinuta ħafna tal-Għarab ta' qabel l-Iżlam kemm fil-kontenut tagħhom u kemm fir-rima u r-ritmu distintivi, u jixbħu aktar l-għejdut profetiċi immarkati bi qtugh ispirati li nsibu fil-kotba mqaddsa tal-[[Ġudaiżmu]] u l-[[Kristjaneżmu]]. In-numru veru ta' ajat ilu kwistjoni kontroversjali fost l-akkademiċi Misilmin mill-bidu tal-Iżlam, xi wħud jirrikonoxxu 6,000, xi wħud 6,204, xi wħud 6,219, u oħrajn 6,236, għalkemm il-kliem fil-każijiet kollha huma l-istess. L-edizzjoni l-aktar popolari tal-Koran, li hi bbażata fuq it-tradizzjoni iskola Kufa, fiha 6,236 ''aja''<ref name="Britannica"/>