Wikipedija:Dwar: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m "Wikipedija:Dwar" huwa protett ([Editja=Amministraturi biss] (infinit) [Mexxi=Amministraturi biss] (infinit))
No edit summary
Linja 7:
Dawk li jżuru l-Wikipedija m'għandhomx bżonn ikollhom xi kwalifikazzjonijiet speċjali sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom, minħabba li l-irwol ewlieni tagħhom huwa li jiktbu artikli fuq dak li hu diġà magħruf; dan ifisser li kull persuna ta' kull żmien, u minn kwalunkwe sfond kulturali u soċjali tista' tikteb artikli fuq il-Wikipedija. Ħafna mill-artikli jistgħu jiġu modifikati minn kulħadd b'aċċess għall-[[internet]], sempliċiment billi jagħfas il-[[Hyperlink|ħolqa]] "editja". Kulħadd hu mistieden biex iżid informazzjoni, referenzi u ċitazzjonijiet, sakemm dawn ikunu fl-ispirtu tal-[[Wikipedija:Politika u linji gwida|politika tal-immodifikar]] tal-Wikipedija u huma ta' standard xieraq. Informazzjoni li mhijiex ta' standard jew li hi kontroversjali aktarx tiġi mneħħija. L-utenti m'għandhomx jinkwetaw jekk jagħmlu żball b'aċċident meta jkunu qegħdin iżidu jew itejbu l-informazzjoni fuq il-Wikipedija, billi modifikaturi oħrajn huma dejjem hemm biex jagħtu parir jew jirranġaw żbalji ovvji, u s-software tal-Wikipedija huwa ddisinjat apposta biex l-iżbalji ta' modifikar ikun jistgħu jiġu rranġati bla tbatija.
 
Billi l-[[Wikipedija]] huwa proġett miftuħ, teknikament kulħadd jista' jagħmel kontribuzzjoni, u għalhekk hu differenti minn sorsi oħra ta' referenza li huma stampati b'modi importanti. Partikularment, artikli antiki jkunu aktar kompluti u bilanċjati, waqt li artikli ġodda spiss ikun fihom informazzjoni ħażina, kontenut mhux enċiklopediku, jew [[Wikipedija:Vandaliżmu|vandaliżmu]]. L-utenti jridu joqgħodu attenti għal dan sabiex ikunu jistgħu jġibu informazzjoni valida u tiġi evitata informazzjoni ħażina li ġiet miżjuda riċentament u għad ma ġietx imneħħija. Minkejja dan, il-Wikipedija qegħdhaqiegħda tiġi kontinwament aġġornata mhux bħal sors ta' referenza stampat, b'ħolqien u aġġornament ta' artikli fuq ġrajjiet topikali bir-rata ta' sekonda, minuti jew sigħat, aktar milli xhur jew snin kif issir f'enċiklopediji stampati.
 
Aħna nistiednuk li tieħu ftit ħin biex taqra [[Wikipedija:X'mhix il-Wikipedija|x'inhi l-Wikipedija (u x'mhix)]], biex tkun taf kif għandhek tikkonsulta u tikkontribwixxi fil-Wikipedija. Aktar informazzjoni fuq is-suġġetti prinċipali tinsab hawn taħt. Jekk inti mintix issib dak li qiegħed tfittex, ipprova: