Sqallija: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
m Robot: ar:صقلية is a featured article; kosmetiċi bidliet
Linja 6:
Iktar 'il quddiem ġie fformat, dak li beda jissejjaħ ir-renju ta' Sqallija, li dam bejn l-1130 u l-1816. Dan issubordina l-kuruni ta' Aragona, ta' Spanja, tal-imperu Ruman sakemm fl-aħħar ingħaqdu taħt il-Burboni ma' Napli bħala r-renju taż-żewġ Sqallijiet. Flimkien ma' espedizzjoni ta' elf ruħ, Giuseppe Garibaldi ddirieġa r-rivolta matul il-proċess tal-unifikazzjoni Taljana, u minn dakinhar Sqallija bdiet tiġi kkunsidrata bħal parti mill-Italja, proprju fl-1860 eżattament wara li ġie żvelat ir-riżultat tar-referendum. Wara t-twelid tar-Repubblika Taljana fl-1946, Sqallija ngħatat l-istatus speċjali bħala reġjun awtonomu. Sqallija għandha kultura unika u rikka, speċjalment f'dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti, mal-mużika, mal-letteratura, mal-kċina u mal-arkitettura. Sqallija tagħti importanza lis-siti qodma kif ukoll dawk arkeoloġiċi, ngħidu aħna bħan-Nekropoli ta' Pantalica, il-wied tat-tempji u Selinunte.
 
== Ġeografija ==
 
Meta wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn Sqallija għandu jinnota l-forma trijangolari tal-gżira. Forma speċjali li nnominata Trinacria, kelma arkajka li hija ġejja mill-Grieg Treis 'Tlieta',u akra 'ġejja għall-ponta'. Il-gżira hija mbiegħda mir-reġjun Taljan tal-Kalabrija permezz tal-istrett ta' Messina, li huwa ta' madwar 3 kilometri wiesgħa lejn it-tramuntana, u xi 16-il kilometru lejn il-parti tan-nofsinhar. Ix-xtajtiet tat-tramuntana u tan-nofsinhar huma ta' xi 280 kilometru tul, mentri t-tul tal-kosta tal-lvant huwa ta' 180 kilometru, l-istima tad-daqs tal-kosta kollha huwa ta' 1,484 kilometru. Iż-żona totali tal-gżira huwa ta' 25,711-il kilometru kwadru, però r-reġjun awtonimu ta' Sqallija (li jinkludi l-gżejjer iż-żgħar tal-madwar) jkopri ż-żona ta' 27,708 kilometru kwadru.
Linja 25:
<!-- [[File:Sicily topo.png|thumb|300px|[[Topography]] of Sicily.]] -->
 
=== Klima ===
 
Sqallija tipposjedi klima tipikament Mediterranja bi xtiewi moderati u mxarrba flimkien ma' sjuf sħan u nexfin li jilqgħu lit-turist vjaġġatur. Skont l-agenzija reġjonali għall-iskart u għall-ilma, fl-10 ta' Awwissu tal-1999 l-istazzjon tat-temp f'Katenanuova (EN) rrekordja t-temperatura estrema ta' 48.5 &nbsp;°C (119 &nbsp;°F), li hija l-ogħla temperatura li qatt ġiet irrekordjata fl-Ewropa permezz ta' strumenti effiċjenti li wieħed jista' joqgħod fuq ir-riżultati miksuba minnhom. Ir-rikordju uffiċjali tal-Ewropa, li ġie mkejjel b'termometri minimi u massimi--huwa rrikonoxxut f'Ateni, il-Greċja hekk kif il-komunikazzjonijiet irrapportaw it-temperatura għolja ta' 48.0&nbsp;°C (118 &nbsp;°F) fl-1977.
 
[[FileStampa:Zingaro Sicilia 2005-09-30-2.jpg|thumb|Il-Park Naturali ta' Zingaro fi Sqallija]]
== Flora u Fawna ==
 
Sqallija hija ta' sikwit deskritta bħala eżempju ċar ta' deforestazzjoni umana, li kienet ipprattikata sa miż-żminijiet Rumani, meta l-gżira ġiet ittrasformata f'reġjun agrikolu. Dan il-fattur beda jbiddel il-klima tal-gżira bilmod il-mod, infatti bdiet nieżla inqas xita u x-xmajjar bdew jinxfu. Din hija r-raġuni 'l għala m'hemmx foresti fil-provinċji taċ-ċentru u tal-ilbiċ. Fit-tramuntana ta' Sqallija wieħed jista' faċilment jilloka tliet foresti importanti. ħdejn il-vulkan Etna, il-muntanji Nebrodi u fir-riserva naturali tal-bosk tal-Ficuzza ħdejn Palermo. Il-park reġjonali tal-muntanji Nebrodi, li ġie stabbilit fl-4 ta' Awwissu tal-1993, bis-86,000 etteri huwa kkunsidrat bħala l-ikbar żona naturali u protetta ta' Sqallija, hawnhekk wieħed jista' jsib ukoll l-ikbar foresta ta' Sqallija, li jisimha l-foresta Karonja, li huwa t-tieni isem li ġie mogħti lill-muntanji Nebrodi. L-ixjaħ siġra li tinsab fuq din il-gżira ċentrali għandha bejn l-2000 u l-4000 sena, din is-siġra tinsab fuq it-triq ta' Linguaglossa f'Sant'Alfio lejn l-lvant tal-vulkan Etna.
Linja 36:
Sqallija għandha livell tajjeb ta' Bijodiversità fawnali, Ftit mill-ispeċi li jabitaw fuqha jinkludu: Iċ-Ċirneku tal-Etna, il-volpi, il-ballotra ż-żgħira, il-martora tal-arżnu, iċ-ċerva Roe, il-ħanżir salvaġġ, il-Qanfud, Iż-Żrinġ komuni, l-Ajkla dehbiena u l-Falkun. Kultant Sqallija hija kkunsidrata bħala l-punt fejn bosta speċi huma ristretti milli jemigraw lejn bnadi oltrè. Pereżempju, is-sotto-speċi taċ-ċawla tal-barnuża tirrikorri fi Sqallija, f'Sardinja u f'Korsika biss, infatti din l-ispeċi partikolari ma ssibiex kieku kellek tfittex f'dawk il-pajjiżi li jinsabu lejn in-nofsinhar ta' din il-gżira ċentrali. Ir-riserva naturali ta' Zingaro hija waħda mill-aqwa eżempji ta' abbissi kostali li għadhom ma ġewx mimsusa mill-bniedem.
 
== Storja ==
 
=== Tribujiet Qodma ===
 
L-abitanti oriġinali ta' Sqallija kienu maqsumin fi tliet gruppi tal-poplu pre-istoriku tal-Italja. L-iktar grupp prominenti u prekarju minn dawn kien dak tas-Sikani, li kienu miġbura minn Thucydides, jingħad li kien ġej mill-peniżola tal-Iberja. Evidenza storika li hija ta' ċerta importanza hija l-iskoperta tat-tpinġijiet impinġija mis-Sikani fl-għerien li kienu jgħixu fihom. Tpinġijiet li jmorru lura sa tmiem l-epoka tal-Pleistocene, għall-ħabta tas-sena 8,000 QK. Il-miġja tal-ewwel umani hija assoċjata mal-estinzjoni tal-ippopotami nani u tal-iljunfanti nani. Il-poplu Elimjan, maħsub li kien ġej mill-baħar Eġew, kien dak il-poplu, li kien missu jingħaqad fi tribù sabiex jemigra lejn Sqallija u jitħallat mal-popolazzjoni ta' din il-gżira hekk maġġuri fil-Mediterran.
Linja 46:
Għalkemm m'hemm l-ebda prova ta' xi gwerer li setgħu nqalgħu bejn dawn iż-żewġ tribujiet, meta l-Elmjani qagħdu fil-kantuniera majjistra tal-gżira, Is-Siċanjani mxew lejn il-lvant. Mill-art prinċipali tal-Italja, li fuqha kienu jgħixu nies li kienu ġejjin mil-Ligurja, oriġinaw is-Siċili fl-1200 QK, qawwa liema bħala li nfurzat lill-Isqallin jmorru lura lejn Sqallija u joqogħdu f'nofs il-gżira. Gruppi minuri oħra ġewwa l-Italja li qagħdu fi Sqallija kienu l-Awsoni (Gżejjer ta' Aeolian, Milazzo) u l-Morgeti (Morgantina) Hemm bosta studji ta' rekordji ġenetiċi li jirrappreżentaw lill-abitanti li kienu ġejjin minn pajjiżi varji li jmissu mar-reġjun tal-baħar Mediterran, imħallta mal-eqdem abitanti ta' Sqallija. Fosthom kien hemm l-Eġizzjani, il-Feniċi u l-Iberjani. Il-Feniċi kienu abitanti prekarji li ġew qabel il-miġja Griega wkoll.
 
[[FileStampa:San Giovanni degli Eremiti.jpg|thumb|San Ġovanni degli Eremiti, Il-koppli l-ħomor qed juru l-elementi tal-arkitettura Biżantina]]
 
=== Il-Perjodu Għarbi (827-1091) ===
 
Il-miġja Għarbija fi Sqallija ġabet magħha bosta riformi lill-uċuħ tal-artijiet tar-raba, dan sabiex tkun tista' tiżdied il-produttività u biex jiġi nkoraġġat iż-żamm tal-affarijiet żgħar f'idejn in-nies, toqba għad-dominanza tal-istati llandjati. L-Għarab komplew itejbu s-sistemi tal-irrigazzjoni. Deskrizzjoni ta' Palermo kienet mogħtija minn Ibn Ħawqal, negozjant Għarbi li żar 'il Sqallija fis-sena 950. Lokalità mdawra b'ħitan felħana li ġġib l-isem ta' Al-Ksar (Il-palazz) hija magħrufa bħala ċ-ċentru tal-provinċja ta' Palermo u dan il-fatt għadu jgħodd sal-lum. F'Al-Ksar wieħed jista' jsib il-Moskea ta' nhar il-Ġimgħa fuq is-sit tal-Kon-katidral Ruman. Fil-lokalità ta' Al-Khalisa (Kalsa) wieħed seta' jsib il-palazz, il-banjijiet, il-moskea, l-uffiċċji tal-gvern u l-priġunerija privata. Ibn Ħawqal saħaq li f'dawk iż-żminijiet kien hemm madwar 7,000 biċċier individwali, li kienu qed jbigħu l-prodotti tagħhom f'150 ħanut. Palermo kien maħkum mill-Għarab Aglabiti, però mbagħad beda jiġi meqjus bħala ċ-ċentru tal-emigranti ta' Sqallija, malli waqgħet għal taħt il-palju tal-Fatmidi.
Linja 56:
Bħad-Dhimmis, l-Insara nattivi (L-ortodossi tal-lvant) kellhom l-għażla libera li jagħżlu r-reliġjon li riedu jipprattikaw huma, iżda l-poplu maħkum ta' Sqallija ried jħallas taxxa speċjali, Il-Ġiżja, u kellu diversi limitazzjonijiet impoġġija fuq l-okkupazzjonijiet tiegħu, l-ilbies u fuq l-abilità li jipparteċipa f'sitwazzjonijiet pubbliċi. Imbagħad l-Emirat ta' Sqallija beda jinqasam fi gruppi intra-dinastiċi u għalhekk dan l-avveniment immarka t-tmiem tar-renju Musulman. Matul dan il-perjodu ta' amalgamazzjoni kulturali kien hemm il-preżenza minuri ta' xi Lhud ukoll.
 
=== Il-Perjodu Normann (1061-1194) ===
 
Fis-seklu 11, il-qawwiet Taljani rnexxielhom jaħtru lill-merċenarji [[Normanni]] mmexxija minn Ruġġieru l-1, sabiex ifittxu jeħilsu lil Sqallija minn taħt id-dominju [[Għarbi]]. Wara li rnexxielu jiddomina lil Apulia u lil Kalabrija, huwa mexa 'l quddiem sabiex jokkupa l-provinċja ta' Messina b'armata ta' 700 suldat. Fl-1068, Ruġġieru rnexxielu joħroġ vittorjuż kontra l-qawwiet Misilmin f'Misilieri, però l-iktar kunflitt kruċjali kien l-Assedju ta' Palermo, li sal-1072, għen lin-Normanni fid-dominazzjoni u fil-kontroll assolut tal-gżira ta' Sqallija. In-Normanni lestew id-dominazzjoni ta' Sqallija fl-1091, eżattament malli ntrebħet il-provinċja ta' Noto, l-aħħar fortizza Għarbija.
Linja 62:
[[Ruġġieru]] miet fl-1101. Is-suċċessur għat-tron kien it-tifel tiegħu, Ruġġieru t-tieni, li kien inkurunat bħala l-ewwel re ta' Sqallija. L-anzjan Ruġġieru kien miżżewweġ lil Adelaide, huwa ħa t-tmun f'idejh sakemm it-tifel tagħha mmatura biżżejjed sabiex ikun jista' jmexxi waħdu, fl-1112.
 
[[FileStampa:Rabbit islet (Isola dei Conigli) - Lampedusa - 3.jpg|thumb|Il-gżira tal-Fenek, Lampedusa]]
 
== Turiżmu ==
 
Il-klima xemxija u niexfa, ix-xenarju, il-kċina, l-istorja u l-arkitettura ta' Sqallija huma uħud mill-fatturi prinċipali li jattiraw bosta turisti mill-Italja u minn pajjiżi oħra. L-ikbar ammont ta' turisti li jersqu lejn ix-xtut Sqallin jiġu fix-xhur sħan tas-sajf, minkejja l-fatt li n-nies jżuru 'l gżira tul is-sena kollha. Il-vulkan Etna, il-bajjiet, is-siti arkeoloġiċi u l-bliet maġġuri bħal Palermo, Katanja, Sirakuża u Ragusa huma d-destinazzjonijiet favoriti tat-turist, però r-raħal antik ta' Taormina u l-plajja viċina ta Giardini Naxos jirnexxielhom jiġbdu lill-viżitaturi minn madwar id-dinja kollha, kif jagħmlu l-gżejjer ta' Aeolian, Erice, Cefalu, Agrigento, il-gżejjer Pelagie u Capo d'Orlando. Sqallija hija magħrufa għall-ftit tempji maestużi li nbnew fil-perjodu Grieg. Bosta Kruż-lajners li jduru mal-Mediterran jieqfu Sqallija, fejn jinżlu t-turisti sabiex jixtru l-inbid prestiġjuż li huwa prodott din l-art ħawtiela. Xi xeni ta' films famużi tal-Hollywood u ta' Cincittà ġew iffilmjati proprju fi Sqallija. Dan żied l-attrazzjoni ta' Sqallija bħala destinazzjoni eċċellenti għat-turist li jixtieq ikun jaf iktar rigward l-istorja rikka tal-Mediterran.
 
=== Kastelli ===
 
[[FileStampa:CastelloUrsino1CT.JPG|300px|thumb|right|[[Il-kastell Ursino]] f' [[Katanja]]]]
[[FileStampa:Castello Donnafugata, Ragusa.JPG|300px|thumb|right|Il-kastell ta' Donnafugata ħdejn [[Ragusa, Italy|Ragusa]]]]
 
{| class="wikitable"
Linja 153:
|}
 
== Kultura ==
 
Il-kultura ta' Sqallija hija waħda miżgħuda lwien, infatti l-għeruq ta' Sqallija jinsabu konnessi mal-arti, mal-letteratura u l-filosofija. L-istorja ta' prestiġju f'dan is-settur jistgħu jiġu segwiti lura fl-ispekulazzjoni tal-filosfu Grieg Archimedes, abitant f'Sirakuża li spiċċa biex sar magħruf bħala wieħed mill-aqwa Matematiċi ta' kull żmien. Gorgjas u Empedocles huma żewġ filosfi Sqallin-Griegi minn tal-bidu nett, però jingħad li s-Sirakużjan Epicharmus kien l-inventur tal-komiċità.
 
== Diviżjonijiet Amministrattivi ==
 
[[FileStampa:Provinces of Sicily map.png|thumb|400px|Id-disa' Provinċji ta' Sqallija]]
 
Amministrattivament Sqallija hija maqsuma f'disgħa provinċji, b'kull waħda jkollha belt kapitali intitolata wara l-isem tar-reġjun stess. Il-Gżejjer iż-żgħar li jinsabu madwar Sqallija jifformaw parti mill-provinċji Sqallin ukoll: Il-Gżejjer Aeolian ta' Messina, il-gżira ta' Ustika (Palermo), Il-gżejjer Aegadian (Trapani), il-gżira ta' Pantellerija (Trapani) u l-Gżejjer Pelaġjani (Agrigento).
Linja 216:
|}
 
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
 
[[Kategorija:Sqallija| ]]
[[Kategorija:Italja]]
 
{{Link FA|ar}}