Derry: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
'''Derry''' hija belt fl-[[Irlanda ta' Fuq]], u t-tieni waħda fil-kobor wara l-kapitali [[Belfast]]. Illum tgħodd madwar 84 elf ruħ, lil-parti l-kbira ta' fidi kattolika. Derry hija uffiċjalment ukoll magħrufa bħala '''Londonderry''', liema isem jirreferu għaliha l-Protestanti. Ix-xmara Foyle tgħaddi min-nofs il-belt, u hija l-aktar xmara li tnixxi b'saħħitha fl-Ewropa, tant li hija perikoluża ħafna u mhux tajba għall-għawm. Żewġ pontijiet ewlenin jgħinu sabiex jaqsam ix-xmara, il-Pont Craigavon u l-Pont Foyle.
 
L-aktar post li jispikka huwa Bogside, in-naħa repubblikana tal-belt, li trid tingħaqad mar-[[Repubblika ta' l-Irlanda]]. Hawn kien il-post fejn saru rvellijiet u ġlied kbir fl-hekk imsejjaħ ''Bloody Sunday'' tal-1972.
Linja 15:
 
Fl-1985-86 ingħaqdu mal-kampjonat tar-Repubblika, u wara ftit bdew iduqu r-rebħ ta' tazzi. Fosthom hemm il-kampjonat fl-1996-7 u t-tazza tal-FAI fl-1995, 2002 u 2006. Anki fl-Ewropa marru tajjeb, meta dan l-istaġun eliminaw lil IFK Goteborg u lil Gretna, qabel ma nqalgħu minn Paris Saint Germain.
 
[[en:Derry]]
 
[Category: Bliet u rħula fl-Irlanda ta' Fuq]