Maja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Bot: Migrating 74 interwiki links, now provided by Wikidata on d:Q28567
No edit summary
Linja 1:
Il-'''Maja''' kien poplu [[Indjan-Amerikan]] li żviluppa [[ċiviltà]] meraviljuża fl-[[Amerika Ċentrali]] u fin-nofsinhar tal-[[Messiku]]. Iċ-ċiviltà tal-Maja laħqet l-aqwa tagħha madwar is-sena 250 W.K. u kompliet tiżviluppa għal aktar minnn 600 sena. Il-Maja pproduċew [[arkitettura]], [[pittura]], xogħol tal-[[fuħħar]] u [[skultura]] mill-aqwa. Għamlu avvanzi ta’ l-għaġeb fl-[[astronomija]] u fil-[[matematika]] u żviluppaw [[kalendarju]] annwali preċiż. Kien fost l-ewwel popli fl-Emisfera tal-Punent b’forma ta’ kitba avvanzata.
[[Stampa:piramidakukulkan.jpg|daqsminuri|lemin|Piramida lil Kukulkan f’Chichen Itza]]
Il-Maja kienu jgħixu f’territorju ta’ madwar 311,000 kilometru kwadru. Illum dan it-territorju huwa maqsum bejn il-Messiku u pajjiżi oħra ta’ l-Amerika Ċentrali. Huwa magħmul mill-istati Messikani ta’ [[Campeche]], [[Yucatán]] u [[Quintana Roo]] u parti mill-istati ta’ [[Tabasco]] u [[Chiapas]]. Jinkludi ukoll [[Beliże]], il-parti l-kbira tal-[[Gwatemala]] u parti minn [[El Salvador]] u mill-[[Ħonduras]]. Il-qalba taċ-ċiviltà tal-Maja kienet fil-foresta tropikali fl-artijiet il-baxxi tat-Tramuntana tal-Gwatemala. Ħafna mill-ibliet il-kbar tal-Maja, bħal [[Piedras Negras]], [[Tikal]] u [[Uaxactún]] żviluppaw f’dan ir-reġjun.