Mikiel Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 64:
{{kwota|Ħadd ma jista' fl-istess ħin ikun kattoliku sinċier u soċjalista fil-veru sens tal-kelma.}}
 
F'''The Struggle'', organu tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti ta' Marzu 1960, f'artiklu bl-isem ''Kummenti dwar il-Pastorali tar-Randan'', kien hemm miktub li l-Pastorali tar-Randan ma kinitx tittratta ż-żmien tar-Randan iżda kienet attakk fuq iż-żgħażagħ Laburisti u fuq il-Partit Laburista, b'bosta ineżattezzi u tagħwiġ tat-twemmin soċjalista. Ftit jiem wara, lill-Editur [[Lorry Sant]] il-Kurja ordnatlu jippubblika dikjarazzjoni ta' apoloġija fil-ħarġa li jmiss ta' ''The Struggle''. Nhar id-9 ta' April, Lorry Sant irċieva digriet mingħand l-Arċisqof Gonzi bil-piena tal-interdett personali fuq artiklu li skont il-Kurja kasbar u naqqas mir-rispett lejn l-awtorità tal-Isqfijiet. Minbarra l-kundanna personali, kull min jistampa The ''Struggle'', jikteb fih, ibiegħuibigħu jew jaqrah, jkun qed jagħmel dnub mejjet.
 
Nhar it-8 ta' April 1961, l-interdett ingħata lill-Eżekuttiv Laburista, inkluż il-Kap tal-Oppożizzjoni Dom Mintoff. Dan wara li fil-15 ta' Marzu l-Partit Laburista kien ħareġ stqarrija li fiha kkundanna l-aġir tal-Arċisqof Gonzi bħala persuna privata minħabba li bl-imġieba tiegħu kien qed joħloq ħsara lill-pajjiż u xkiel lejn il-ksieb tal-Indipendenza. Il-Kurja wieġbet li jekk l-Eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista ma kienx se jagħmel apoloġija pubblika, kienet se tagħmel użu tal-pieni tal-interdett. Fit-8 ta' April, il-Kurja għarrfet lill-aġent Segretarju tal-Partit Laburista, li wara li l-Eżekuttiv sejjaħ Konferenza Ġenerali minflok li rtira l-istqarrija tal-politika tal-Partit, l-Isqfijiet taw l-interdett personali lill-membri kollha li ħadu sehem fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista ta' nhar il-15 ta' Marzu.