Lingwa Kopta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 24:
== Deskrizzjoni lingwistika==
===Grammatika ===
Il-Kopt hu l-unika forma tal-lingwa Eġizzjana antika li l-pronunzja tagħha nafuha minħabba l-użu tas-sistema fonetika Griega u għalhekk għandu importanza kbira għall-[[filoloġija]] Eġizzjana.
 
Il-Kopt tilef it-tmimijiet verbali u nominali tal-Eġizzjan klassiku, b'tali mod li l-flessjoni tiegħu għandha karatteristiċi differenti mqabbla mal-fażijiet iżjed antiki tal-lingwa Eġizzjana. Fil-fatt il-Kopt għandu t-tendenza li jirrappreżenta ċerti relazzjonijiet grammatikali permezz ta' artikli, prepożizzjonijiet u partiċelli f'kostruzzjonijiet analitiċi b'kuntrast mas-sistema aktar sintetika u flessjonali tal-Eġizzjan klassiku (hemm xi paralleliżmu ma' dak li ġara fil-mogħdija tal-Latin għal-lingwi Rumanzi).