Pietru Pawl Saydon: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 88.203.22.245 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 46.11.44.221
Linja 8:
== It-traduzzjoni tal-Bibbja ==
 
{{kwota|Kotra kbira ta' ħuti l-Maltin ma jafux jaqraw ħlief bi lsienhom, u qatt u qatt ma ħassew f'qalbhom il-ħlewwa li jisimgħu fi lsienhom il-kelma t'Alla hekk kif ħarġet minn fommUfommu mijiet u eluf ta' snin ilu. Għalihom l-ewwel ma ħsibt fix-xogħol tiegħi. Iżda barra minn dawn, jien ħaddant fil-ħsieb tiegħi il-Maltin kollha, li jħobbu u jgħożżu lsienhom.}}
 
Hekk kiteb Saydon fil-Kelmtejn Qabel għall-[[Ktieb tal-Ġenesi]], l-ewwel ktieb tal-Bibbja li qaleb għall-Malti fl-1929. Il-Professur Pietru Pawl Saydon għamel "miraklu" meta rnexxielu jittraduċi l-Iskrittura sħiħa waħdu mill-oriġinal, xogħol li kull meta sar, dejjem sar f'tim magħmul minn diversi studjużi. Din it-traduzzjoni swiet lil Saydon tletin sena sħaħ ta' ħidma u dedikazzjoni, bejn l-1929 u l-1959, traduzzjoni li warajha Saydon tilef għaqlu u li għaliha huwa ddedika r-riżorsi tiegħu kollha, kemm intellettwali kif ukoll finanzjarji, billi ħareġ minn butu l-ispejjeż kollha tal-pubblikazzjoni.
 
Bħala Professur tal-Iskrittura fl-Università ta' Malta, Saydon ħa sehem attiv f'diversi kungressi internazzjonali, li laqqgħuh ma' studjużi Bibbliċi ta' fama mondjali, [[Kattoliċi]]żmu, [[Protestanti]]żmu u [[Ġudaiżmu|Lhud]]. Bejn l-1932 u l-1962 attenda mhux inqas minn sbatax-il kungress Bibbliku fl-aqwa universitajiet: Ruma (1932); Brussell (1938); Pariġi (1948); Ruma u Norfolk (1952); Kopenħagen (1953); Cambridge u Louvain (1954); Birmingham (1955); Strasburgu (1956); Munich (1957); Brussell (1958); Louvain u Oxford (1959); Dublin (1961). Kien il-fundatur tal-"Għaqda Bibblika Maltija", membru tal-''International Association for the Study of the Old Testament'' u membru tas-''Society of Biblical Literature'' tal-[[Stati Uniti tal-Amerika|Istati Uniti tal-Amerika]], fost l-oħrajn. Saydon ikkumenta sitt kotba tat-[[Testment il-Qadim]] f'kummentarju ċelebri taħt l-awspiċi tal-Knisja Kattolika Ingliża. Dan il-''Catholic Commentary on Holy Scripture'' ġie ppubblikat f'[[Londra]] u [[Edinburgu]] fl-1953.
 
== Diżappunti ==