Joseph Muscat: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 156:
 
Nhar il-11 ta' Settembru 2013, iffirma ftehim importanti ieħor maċ-Ċina li din tinvesti fil-qasam tal-enerġija f'Malta, fosthom permezz ta' investment dirett fl-Enemalta, bil-possibilità wkoll li titwaqqaf kumpanija li tgħaqqad il-panelli solari Ċinizi għall-Ewropa f'Malta u li Malta tintuża bħala ċentru minn fejn iċ-Ċina tagħmel servicing ta' power stations li għandha fil-Mediterran. Permezz ta' dan il-ftehim, Malta se jkollha kumpanija kbira miċ-Ċina, li hija t-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja, bħala msieħba strateġika tagħha.
 
Skont statistika tal-Unjoni Ewropea, f'Awwissu 2013 il-qgħad f’Malta kien jinsab fl-anqas livelli mill-2007 'l hawn. Malta rreġistrat żieda ta’ 3.6% fl-impjiegi, l-akbar żieda fl-impjiegi fl-Unjoni Ewropea kollha.
 
Fil-qasam edukattiv, il-Gvern iffirma ukoll ftehim li permezz tiegħu studenti Maltin jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fiċ-Ċina u studenti Ċiniżi jistgħu jsegwu korsijiet fl-Universita' ta' Malta. Laħaq ukoll ftehim mal-Gvern Żvizzeru li permezz tiegħu Malta tpoġġiet fil-lista ta’ pajjiżi li r-residenti tagħhom saru eleġibbli għal ‘scholarships’ mill-Gvern Żvizzeru għal ‘post graduate studies’ u riċerka fl-Iżvizzera. Ingħataw scholarships fl-arti lil 11-il student. Ittieħdet id-deċiżjoni li ċ-children’s allowance ta' Settembru tingħata kmieni fix-xahar, biex b’hekk il-familji jkollhom biex iħallsu għall-ispejjeż marbutin mal-edukazzjoni, wara suġġeriment ta' omm partikulari.