Joseph Muscat: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 147:
Fl-elezzjonijiet każwali tal-Elezzjonijiet Ewropej li saru f'April 2013, il-Partit Laburista tella' l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew mara fl-istorja politika Maltija, [[Marlene Mizzi]], li kienet ċermen tas-Sea Malta, u ġabet kważi 24,000 vot.
 
=== Ħidma tal-Gvern fl-ewwel senasitt xhur tiegħu ===
 
Nhar it-2 ta' Settembru 2013, il-Gvern Malti ffirma ftehim importanti mal-Libja li permezz tieghu Malta ser tkun qed tieħu prodotti taż-żejt b'rati favorevoli. Ġie miftiehem ukoll bejn iż-żewġ pajjiżi li jkun hemm l-esplorazzjoni konġunta f'żoni fejn hemm nuqqas ta' qbil dwarhom.
 
Nhar il-11 ta' Settembru 2013, iffirma ftehim maċ-Ċina li din tinvesti fil-qasam tal-enerġija f'Malta, fosthom permezz ta' investment dirett fl-Enemalta, bil-possibilità wkoll li titwaqqaf kumpanija li tgħaqqad il-panelli solari Ċinizi għall-Ewropa f'Malta u li Malta tintuża bħala ċentru minn fejn iċ-Ċina tagħmel servicing ta' power stations li għandha fil-Mediterran. Permezz ta' dan il-ftehim, Malta se jkollha kumpanija kbira miċ-Ċina, li hija t-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja, bħala msieħba strateġika tagħha.
 
Iffirma ftehim li permezz tiegħu studenti Maltin jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fiċ-Ċina u studenti Ċiniżi jistgħu jsegwu korsijiet fl-Universita' ta' Malta.
 
Fil-qasam tas-saħħa, il-Gvern alloka €3.6 miljun biex jin­xtara apparat ġdid għall-Isptar Ġe­nerali ta’ Għawdex. Alloka wkoll €3.4 miljun biex jinxtara apparat relatat mal-‘iscreening’. Alloka €8.4 miljun biex jinbnew żewġ swali ġodda fl-Isptar Mater Dei bi 68 sodda, li fihom se jilqgħu pazjenti li jkunu daħlu f’sitwazzjoni akuta.
Line 168 ⟶ 174:
 
Iffirma ftehim mal-Gvern ta' New Zealand li bih ċittadini Maltin li jgħixu fi New Zealand u jirritornaw Malta jibqgħu jgawdu l-pensjoni li kienu jieħdu fi New Zealand.
 
Nieda skema għall-pannelli fotovoltajċi. Wara 3 xhur daħlu 4,546 applikazzjoni.
 
Laħaq ftehim biex il-kumpanija Genel tibda thaffer ghaz-zejt fit-territorju Malti fl-ewwel kwart tas-sena 2014.
 
Sar xoghol ta' tindif kbir fil-Bajja ta' San Blas f'Ghawdex u xoghol ta' tisbih fil-bajja tar-Rinella fil-Kalkara.
 
Ġie deciz li nofs il-Bajja tal-Ghadira tkun irritornata lin-nies, u azzjonijiet simili se jittiehdu fil-futur fil-kaz tal-bajjiet ta' Kemmuna, Paradise Bay, l-Armier u Little Armier.
 
Ħames bajjiet f' Malta u Ghawdex gew iddikjarati bhala zoni tal-ghawm ghall-klieb.
 
Ġew introdotti regolamenti godda ghall-protezzjoni tal-annimali fil-pet shops.
 
Żieda ta' 10.6% fin-numru ta' Maltin li siefru matul ix-xahar ta' Gunju meta paragunat ma' Gunju tas-sena l-ohra.
 
Malta u l-Ukrajna jiffirmaw ftehim dwar it-Tneħħija tat-Taxxa Doppja, liema ftehim kien iffirmat waqt zjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat ghamel fl-Ukrajna, fejn iltaqa' mal-President Victor Yanukovych u l-Prim Ministru Mykola Azarov.
 
Infethet klinika ghal individwi Down Syndrome fic-Centru tas-Sahha ta' Birkirkara.
 
Tnieda t-tender sabiex ikun ipprovdut is-servizz tal-IVF gewwa l-isptar Mater Dei.
 
Gie deciz li studenti Ghawdxin li qed jistudjaw Malta u studenti Maltin li qed isegwu xi korsijiet f' Ghawdex ikunu ssussidjati ghall-prezz tal-vapur, liema sussidju jithallas kull tliet xhur.
 
Inghataw scholarships fl-arti lil 11-il student.
 
F'Ottubru 2013 jibda x-xoghol ta' kostruzzjoni ta' pont bejn Bormla u l-Isla.
 
Xogħol ta' tisbih fil-Heliport li hemm fl-inhawi ta' Lambert fix-Xewkija Ghawdex.
 
== Ħajja Personali ==