Baħar Tirren: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 40:
Il-baħar Terren huwa maqsum f'żewġ baċiri jew pjanuri, il-pjanura ta' Vavilox u ta' Marsili. Dawn huma seperati minn xulxin permezz ta' xifer sotterran, magħruf bħala l-pont ta' Issel, imsemmi wara Arturu Issel. Il-portijiet prinċipali tal-baħar Terren fl-Italja huma: Napli, Palermo, Ruma, Salerno, Trapani, Gioia, Tauro u Cagliari. L-iktar port importanti ġewwa Franza huwa: Bastia. Għalkemm il-frażi " Il-port ta' Ruma" hija użata frekwentament, ir-realtà tgħid li m'hemm l-ebda port viċin il-belt kapitali tal-Italja, Ruma. Minflok il-frażi "Il-port ta' Ruma" qiegħda tirreferi għall-faċilitajiet marittimi f'Civitavecchia, xi 42 mil lejn il-majjistral ta' Ruma, il-belt kapitali li tant wirtet storja.
 
==Irjieħ==
 
Skont il-mitoloġija Griega, huwa maħsub li l-irdum minsub 'il fuq mill-baħar Terren seta' serva ta' dar għall-erbat irjieħ miżmuma minn Aeolous. L-irjieħ imsemmija f'din il-mitoloġija huma Mistral mill-wied ta' Rhône, Libeccio li kien ġej mill-ilbiċ u Sicorro u Ostro li kien joqogħdu lejn l-inħawi tan-nofsinhar.
==Album==
<gallery>