Malta: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 100:
Din is-saħħa tpoġġiet taħt sforz kbir fl-Ewwel Assedju ta' Malta, msejjaħ l-[[Assedju l-Kbir]], li beda fit-[[18 ta' Mejju]] tal-[[1565]], fejn Malta spiċċat tiġġieled mas-saħħa kbira tal-[[Imperu Ottoman]]. Fit-[[8 ta' Settembru]] [[1565]], ġurnata li sal-lum għadha titfakkar b'festa nazzjonali, l-[[Imperu Ottoman|Ottomani]], wara iktar minn tlett xhur ta' taqbid, indunaw li kienet waslet għajnuna minn Sqallija, li wasslithom għat-telfa tagħhom, f'''Jum il-Vitorja''.
 
Din ir-rebħa waħħdet l-Ordni ma' Malta u dawn baqgħu magħrufin bħala "il-Kavallieri ta' Malta"; Wara din il-vittorja huma bnew iktar fortifikazzjonijiet speċjalment madwar il-Port il-Kbir, bnew ukoll il-belt kapitali Valletta u elevaw il-livell ta' għixiengħajxien tal-poplu inġenerali. Il-ħakma tagħhom waslet fit-tmiem tagħha meta [[Napuljun Bonaparte|Napuljun]] akkwista il-gżejjer fl-1798. Il-Maltin qamu għall-Franċiżi u bdew Imblokk, grazzi għall-għajnuna tar-Renju taż-Żewġ Sqallijiet u tal-Gran Brittanja. L-Ingliżi ħadu l-gżejjer bħala protettorat fl-1800 u ħatru lil Sir Alexander John Ball bħala gvernatur, bl-għan li l-gżejjer jerġgħu jaqgħu f'idejn l-Ordni wara l-Gwerer Napoljoniċi.
 
Dan it-tir ma tantx dam: Fl-1814, bħala parti mit-Trattat ta' Pariġi, Malta ufficjalment saret parti mill-Imperu Brittaniku u bdiet tigi uzata bħala stazzjon, bażi navali kif ukoll bħala s-sede uffiċċjali tal-Flotta Navali Mediterranja Ingliża, sakemm din ittieħdet f'[[Lixandra]] fl-[[Eġittu]] minhabba l-fatt li Malta kienet qrib wisq l-Italja belliġerenti.
Linja 262:
{{artiklu prinċipali|Ekonomija ta' Malta}}
 
L-uniku riżors naturali ta' Malta hija l-[[ġebla]]; Però f'Malta teżisti popolazzjoni produttiva ħafna li rnexxielha togħli l-istandard tal-għixiengħajxien tal-Maltin grazzi għal ħafna sforzi li jixhdu kemm il-Maltin huma kapaċi. Malta tipproduċi biss daqs 20% tal-ikel li għandha bżonn, waqt li r-riżorsi tal-ilma naturali huma ferm limitati; Għalhekk dawn huma mejgħuna minn sorsi ta' ilma magħmulin mill-bniedem, fejn l-ilma tal-baħar jiġi desalinizzat biex jiġi tajjeb għax xorb. F' Malta m' hemm l-ebda sors t'enerġija domestika.
 
L-ekonomija tiddependi ħafna fuq il-kummerċ u l-investiment barrani bl-użu tal-gżejjer bħala port, manifattura (speċjalment elettronika u tessuti) u fuq kollox it-turiżmu.
Linja 278:
Fl-1820, waqt il-Battalja ta' Navarino, li kienet fil-Greċja, l-Armata Ingliża kien ibbażata f'Malta. Fl-1839, il-kumpaniji ġiganteski Pacific and Orient (P & O) u l-East India Company kienu jużaw il-port Malti waqt il-vjaġġi lejn l-Eġittu u l-Lvant.
 
Fl-1869, Malta gawdiet mill-ftuħ tal-Kanal ta' SuezSwejtz u kien hemm żieda massiva fil-vapuri li kienu jidħlu Malta. L-ekonomija Maltija kienet daħlet f'fażi speċjali. Il-Mediterran ġie deskritt bħala "Highway" tan-Negozju tad-dinja, u numbru ta' vapuri kienu jidħlu Malta għal faħam u munizjon ieħor qabel ikomplu bil-vjaġġi tagħhom lejn l-Oċean Indjan u l-Orjent.
 
Bejn l-1871 u l-1881 8,000 ħaddiema sabu xogħol fit-tarzni u numru ta' banek fetħu f'Malta. Sal-1882 Malta kienet laħqet il-quċċata, f'dak li jirrigwarda il-qasam ekonomiku.
Linja 284:
Però l-ekonomija Malti ma tantx damet fil-quċċata. Ftit qabel it-tmiem ta' seklu 19 l-ekonomija bdiet tmur għall-għar u fl-erbgħinijiet kienet fi kriżi serja. Din kienet primarjament minħabba l-invenzjoni tal-vapuri kbar li kienu jaħdmu biż-żejt, allura ma kellhomx għalfejn jidhlu fil-port il-kbir biex jerġghu jimlew il-fjuwil. Il-gvern ingliż kellu jestendi t-tarzna.
 
Sa minn tmiem it-tieni gwerra dinjija, l-importanza tal-pożizzjoni strateġika ta' Malta kien laħaq livell verament baxx. It-teknoloġija tal-ajruplani tal-gwerra, u l-invenzjoni tal-bomba atomika, biddlu l-importanza ta' din il-bażi militari. L-Inglizi tilfu ill-kontroll tal-Kanal ta' SuezSwejtz, u ma baqgħux fit-tarzna navali, minflok saret tarzna kummerciali għal bini u t-tiswija tal-vapuri.
 
== Demografija ==