Filfla: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: '''Filfla''' hija gżejra ġeoloġikament fqira li tinsab xi 5 kilometri 'l bogħod mill-kosta ta' Malta, u tinsab lejn in-nofsinhar estrem tal-arċipelagu Malti. Filfoletta hija ...
(L-ebda differenza)

Reviżjoni ta' 14:02, 7 Awwissu 2013

Filfla hija gżejra ġeoloġikament fqira li tinsab xi 5 kilometri 'l bogħod mill-kosta ta' Malta, u tinsab lejn in-nofsinhar estrem tal-arċipelagu Malti. Filfoletta hija gżira ferm iżgħar u tinsab xi 100 metru lejn l-ilbiċ ta' Filfla. Huwa maħsub li l-isem ta' din il-gżira hekk ċkejkna huwa derivat mill-kelma Għarbija filfel.

Il-gżejra iżolata ta' Filfla li tinsab lejn in-Nofsinhar estrem tal-Arċipelagu Malti

Ambjent

Il-gżira ta' Filfla tkopri ż-żona ta' 6 ettari biss, u tista' tiġi deskritta bħala pjanura tal-Franka mdawra minn irdumijiet li jlaħħqu mas-60 metru għoli, Gżira li qiegħda kontinwament tittiekel mill-elementi tan-natura. Tliet speċi ta' għasafar tal-baħar jgħixu fuq din il-gżejra, dawn huma: il-kangu tal-Ewropa (huwa stmat li hemm bejn il-ħamest elef u t-tmint elef par), ix-Shearwater Cory (xi mitejn par) u l-gawwija ta' saqajha sofor (xi 130 par). Il-gżira ġiet identifikata bħala żona importanti għall-għasafar mill-assoċjazzjoni internazzjonali Bird-Life, prinċipalment minħabba l-kolonja dominanti tal-kangu tal-Ewropa. Il-Podarcis filfolensis hija tip ta' gremxula li titla' mal-ħitan u l-bebbuxu tal-bibien (Lampedusa imitatrix gattoi) huma speċi endemiċi li jabitaw il-gżejra ta' Filfla. Il-kurrat kbir u salvaġġ jista' jikber sa żewġ metri għoli, dan huwa possibbli wkoll. L-aċċess għall-Filfla huwa possibbli għal għanijiet edukattivi u xjentifiċi biss u l-viżitaturi jridu jattribwixxu l-permess speċjali mill-ministeru li huwa responsabbli mill-ambjent.