Kemmuna: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
ċ
No edit summary
Linja 1:
{{stub|Ġeografija}}
[[Stampa:Bluelagoon.jpg|200px|thumb|Il-baħar ċelesti tal-[[Bluelagu Lagoonl-blu]]]]
 
'''Kemmuna''' hija gżira li tifforma parti mill-[[Gżejjer Maltin|arċipelagu Malti]] bejn il-gżejjer ta' [[Gżira ta' Malta|Malta]] u [[Għawdex]] fil-[[Baħar Mediterran]], fejn tkopri żona ta' 1.35 mili kwadru. Imsemmija wara [[Cuminum cyminum]], li kienet tip ta' ħaxixa li kienet tinbet fuq din il-gżira, Kemmuna hija popolari għat-trankwillità li toffri. Għandha popolazzjoni permanenti ta' erba' residenti biss. Qassis u pulizija jservu lil din il-gżira minn Għawdex, biex jagħtu s-servizz tagħhom lill-popolazzjoni lokali u lill-viżitaturi sajfin. Din l-gżira zgħira hija parti ntrinsika mil-lokalita' ta' Għajnsielem, f'Għawdex.
 
'''Kemmunett''' hija gżira inabitata li tinsab fir-reġjun tal-Mediterran, u tagħmel parti mill-kosta tat-tramuntana ta' Malta. Din il-gżira ċkejkna tkopri żona ta' 0.25 kilometru kwadru u tinsab xi 100 metru lejn il-majjistral 'il bogħod minn Kemmuna. Bejn Kemmuna u Kemmunett wieħed jista' jsib il-baħar ċar u trasparenti tal-lagu l-blu, dan ir-reġjun tant maħbub mit-turist huwa konoxxut permezz tat-terminoloġija "Bejn il-Kmiemen". Bosta kienu dawk li ħadu xi ritratt tal-lagu l-blu, il-post speċjali fejn irnexxielha tisboq in-natura li biha huma mogħnijin il-gżejjer Maltin. Bajja pittoreska li tikkonsisti minn bażi ta' ramel bajdani u li hija sinjura bil-ħajja akwatika, tant apprezzata mill-għaddasa u mill-għawwiema. Bajjiet oħrajn fuq il-gżira ta' Kemmuna jinkludu r-ramla ta' Santa Marija u l-bajja ta' San Niklaw.
 
==Ambjent==
 
Il-pajsaġġ karst li tipposjedi l-gżira ta' Kemmuna huwa megħjun mill-art arbuxarja tal-isklerofilli. Riċentament saret afforestazzjoni limitata bis-siġar tal-arżnu. L-Għeriem tar-ramel fil-bajja ta' Santa Marija jipposjedu parti mill-veġitazzjoni nattiva tal-gżira, inklużi hemm is-siġar tal-Vitex u tat-TamarixTamarisk. Il-gżira ġiet identifikata bħala żona importanti għall-għasafar mill-għaqda internazzjonali tal-Bird life, dan għaliex fuqha hemm bejn 50 sa 80 par ta' Garni li jbejjet fuq din il-gżira.
[[File:Tamarisk Africana.jpg|thumb|Is-siġra indiġena u rari tat-Tamarisk]]
 
==Storja==
Line 17 ⟶ 18:
 
F'Marzu tal-1889, il-vapur tal-battalja Ingliż HMS Sultan kien ħabat ma blata mhux immarkata fuq il-mappa fil-baħar ta' Kemmuna, kollużjoni li ċartet qiegħ il-vapur. Il-vapur beda jegħreq bilmod u żelaq minn fuq il-blata u għereq fl-14 ta' Marzu tal-1889. Il-kumpanija Taljana Baghino & Co rnexxielha ttella' 'l vapur minn qiegħ il-baħar f'Awwissu tal-1889 marbut bi ħlas ta' £50,000. Is-Sultan inġieb lura Malta fis-27 ta' Awwissu.
[[File:The Blue Lagoon.jpg|thumb|Il-lagu Blu]]
 
[[File:Comino St Mary’s TowerCominotower.JPGjpg|thumb|It-Torri Prominenti ta' Santa Marija fuq Kemmuna]]
==It-Torri ta' Santa Marija==
 
Linja 26:
It-torri ta' Santa Marija nbena fi żmien il-kavallieri ta' San Ġwann, taħt l-ordni tal-Gran mastru Wignacourt. It-torri jinsab mibni bejn wieħed u ieħor fiċ-ċentru tal-kosta tan-nofsinhar tal-gżira. It-torri kien jifforma parti mill-katina tat-torrijiet difensivi--It-torrijiet ta' Wignacourt, Lascaris, u De Redin ippożizzjonati f'postijiet vantaġġjużi madwar il-kosta tal-gżejjer Maltin u għen fit-titjib tal-komunikazzjonijiet bejn iż-żewġt igżejjer prinċipali ta' Malta u Għawdex. It-torri ta' Santa Marija huwa kbir, b'forma kwadra u għandu erba' turretti f'kull kantuniera. It-torri jinsab xi 80 metru (262 Pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar, u huwa madwar 12-il metru għoli, b'ħitan li huma bejn wieħed u ieħor 6 metri wesgħin. It-torri huwa elevat fuq pjattaforma u fuq bażi kwadra li huma ta' xi 8 metri għoli.
 
Matul l-imblokk Franċiż (1798-1800) it-torri ta' Santa Marija serva ta' priġunerija għall-ispiji ssuspettati. Fl-1829, il-militar Brittaniku kien abbanduna 'l dan is-sit. Għall-bosta diċenji, dan it-torri strateġiku kien meqjus bħala l-proprejetàproprjetà tal-awtoritajiet ċivili u lokali, u jista' jkun li kien qed jiġi użat bħala sptar ta' iżolazzjoni jonkella bħala maqjel għall-annimali tal-għalqa, kenn mill-kefrija tal-istaġun kiesaħ tax-xitwa. It-torri ta' Santa Marija reġa' beda jintuża b'mod regolari matul iż-żewġ gwerer dinjija. It-torri kien meqjus bħala l-proprjetà tal-forzi armati ta' Malta mill-1982. Illum, dan it-torri jservi l-irwol ta' għassies kontra l-kuntrabandu u l-kaċċa illegali tal-għasafar, li jkollhom bżonn ipassu minn fuq il-baħar.
 
===Folklor===
 
Skont il-Folklor Malti, xi drabi granċ mistiku li jismu Kerrew jaqsam il-fliegu ta' bejn Malta u Kemmuna bl-iskuża li għandu bżonn jiltaqa' mal-Kabbalist magħruf, Abulafia.
 
===L-industrija tal-films===
 
Kemmuna hija lokazzjoni popolari għall-prodjusers tal-films. Din il-gżira tidher f'films bħal: Troy, The count of Monte Cristo u fi Swept Away. It-torri tant prominenti ta' Santa Marija fuq Kemmuna deher fil-film The count of Monte Cristo, fejn irdoppjat bħala x-Château d'If.
 
[[Kategorija:Mediterran]]