Kemmuna: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 1:
{{stub|Ġeografija}}
[[Stampa:Bluelagoon.jpg|200px|thumb|Il-baħar ċar tal-[[Blue Lagoon]]]]
[[File:The Blue Lagoon.jpg|thumb|The Blue Lagoon]]
 
'''Kemmuna''' hija gżira li tifforma parti mill-[[Gżejjer Maltin|arċipelagu Malti]] bejn il-gżejjer ta' [[Gżira ta' Malta|Malta]] u [[Għawdex]] fil-[[Baħar Mediterran]], fejn tkopri żona ta' 1.35 mili kwadru. Imsemmija wara [[Cuminum cyminum]], li kienet tip ta' ħaxixa li kienet tinbet fuq din il-gżira, Kemmuna hija popolari għat-trankwillità li toffri. Għandha popolazzjoni permanenti ta' erba' residenti biss. Qassis u pulizija jservu lil din il-gżira minn Għawdex, biex jagħtu s-servizz tagħhom lill-popolazzjoni lokali u lill-viżitaturi sajfin. Din l-gżira zgħira hija parti ntrinsika millmil-lokalita' ta' Għajnsielem, f'Għawdex.
 
==Storja==
 
Huwa magħruf li Kemmuna kienet abitata mill-bdiewa matul il-perjodu Ruman, imma qatt ma kellha popolazzjoni li setgħet issejħilha tagħha ghax il-gżira kienet meqjusa bħala proprjetà privata jonkella għax ġiet abbandunata għal kollox. Il-kosta ta' din il-gżira hija mogħnija bl-irdum tal-franka u hija miżgħuda b'għerien fondi li kienu popolari mal-pirati u mal-ħallelin tal-baħar li kienu jduru madwar il-Mediterran fi żmien il-Medju-Evu. L-għerien u l-ħofor ta' Kemmuna kienu użati ta' sikwit bħala bażijiet naturali minn fejn wieħed ikun jista' jattakka lil dawk id-dgħajjes li kellhom il-ħsieb jaqsmu l-fliegu ta' bejn Malta u Għawdex sabiex ikunu jistgħu jaslu fid-destinazzjoni mixtieqa. Iktar tard, il-kavallieri ta' Malta għamlu użu importanti minn Kemmuna, u għalhekk innominawha l-gżira tal-kaċċa u tar-rikreazzjoni. Il-kavallieri kienu protettivi ħafna f'dak kollu li kellu x'jaqsam mal-kaċċa fuq din il-gżira, dan għaliex fuqha kienu jabitaw ċerti speċi bħall-majjal salvaġġ u l-fenek tal-Grixti. Ħadd ħlief il-kavallieri ma kellu l-permess li jikkaċċja fuq Kemmuna, u għalhekk kull min kien imur kontra din il-liġi kien jispiċċa jeħel piena pjuttost twila ta' tliet snin skjav, jaħdem xogħol iebes fil-kċina tax-xini tal-iskjavi.
 
Fis-sekli 16 u 17 Kemmuna serviet bħala post ta' priġunerija jew ta' eżilju għall-kavallieri messaġġiera. Dawk il-kavallieri li kienu jinstabu ħatja li wettqu xi att kriminali ta' gravità minuri kienu jiġu ssentenzjati jagħmlu l-kompitu solitarju u perikoluż, dak li jintrama t-torri ta' Santa Marija. Fl-imgħoddi kif ukoll fis-seklu 20, meta l-ibħra kienu jkunu mqallba żżejjed sabiex il-patri Għawdxi jkun jista' jaqsam il-fliegu sa Kemmuna għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa qaddisa, il-komunità lokali kienet tinġemgħa fuq il-blat f'dik il-parti tal-gżira magħrufa bħala 'tal-Ħamra', u joqogħdu jħarsu madwar il-kanal sakemm jilmħu l-kappella tal-madonna tal-blat, f'Ħondoq ir-Rummien, Għawdex, fejn hija ċċelebrata l-quddiesa. Huma jsegwu l-progressjoni tal-quddiesa permezz ta' kodiċi ta' bandiera kumplessa.
 
F'Marzu tal-1889, il-vapur tal-battalja Ingliż HMS Sultan kien ħabat ma blata mhux immarkata fuq il-mappa fil-baħar ta' Kemmuna, kollużjoni li ċartet qiegħ il-vapur. Il-vapur beda jegħreq bilmod u żelaq minn fuq il-blata u għereq fl-14 ta' Marzu tal-1889. Il-kumpanija Taljana Baghino & Co rnexxielha ttella' 'l vapur minn qiegħ il-baħar f'Awwissu tal-1889 marbut bi ħlas ta' £50,000. Is-Sultan inġieb lura Malta fis-27 ta' Awwissu.
[[File:The Blue Lagoon.jpg|thumb|The Blue Lagoon]]
 
[[Kategorija:Mediterran]]