Inter: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 111:
 
Wara l-kollass tardiva tagħhom li wasslet għal telfa ta' 2–0 b'għaxar minn nies kontra Liverpool fid-19 ta' Frar fiċ-Champions League u aktar mistoqsijiet fuq il-forma tal-futur ta' Mancini ma' Inter ħa dawran domestiku qawwi ta' żvintura fejn it-tim naqas biex rebaħ tlett logħbiet tas-Serie A infila (dro ma' [[UC Sampdoria|Sampdoria]] u Roma, u telfa barra minn darhom kontra [[SSC Napoli|Napoli]]). Inter kellhom it-tieni ġirja ta' dan it-tip bejn id-19 u d-29 ta' Mejju fejn għal darb'oħra naqsu biex jirbħu tliet logħbiet oħra (kontra [[Genoa CFC|Genoa]], Juventus u Lazio). Simili ġimgħat qabel, fl-4 ta' Mejju 2008 Inter darb'oħra kellhom ċans tajjeb biex jiksbu it-tellieqa tal-iscudetto tagħhom; din id-darba kontra r-rivali beltin Milan, iżda sofrew telfa ta' 2–1. Fil-ġimgħa ta' wara għal darb'oħra kellhom iċ-ċans biex jerġgħu jiksbu l-iscudetto kontra [[AC Siena|Siena]] f'logħba f'darhom, huma komplew bl-atmosfera festiva u folla fuq tagħha. Madankollu, Inter għal darb'oħra naqsu milli jirbħu l-iScudetto, huma tilfu l-vantaġġ tagħhom darbtejn u finalment il-logħba spiċċat fid-dro ta' 2–2, b'[[Marco Materazzi]] jonqos milli jikkonverti penalty. Fl-istess ġimgħa Roma kisbu rebħa ta' 2–1 barra minn darhom kontra [[Atalanta BC|Atalanta]], b'hekk ir-Rumani kellhom punt wieħed inqas minn Inter qabel il-fażi finali tal-kampjonat, minkejja li kellhom vantaġġ ta' 11-il punt fuq ir-rivali Milan kmieni fl-istaġun.
 
Fil-Ġurnata 38, il-ġurnata finali tal-istaġun [[Serie A 2007–08|2007–08]], Inter lagħbu barra minn darhom kontra Parma, filwaqt li Roma vvjaġġaw lejn [[Catania Calcio|Catania]]. Din il-ġimgħa offriet kuntrast interessanti, fejn kif Roma u Inter ħarsu li jieħdu t-titolu, kif ukoll Parma u Catania kienu qedgħin jiġġieldu għas-sopravivenza. Ħafna xenarji seta ssirx jintlagħbu, madankollu Inter kienu għadhom favoriti minħabba r-rekord superjur ta' ras-imb-ras ma Roma, Inter kienu meħtieġa biex jiksbu riżultat imqabbel ma Roma. Il-ġurnata bdiet b'Ruma jieħdu il-vantaġġ kmieni kontra Catania u għal 60 minuta tal-ġurnata finali Roma kienu fil-quċċata tal-kampjonat; madankollu, il-vantaġġ ma kienx inżamm. Inter, apparentement minħabba l-introduzzjoni tal-attakkant Żvediż [[Zlatan Ibrahimovic]], bdiet jieħu l-kontroll tal-logħba. F'nofs ix-xita qalila fl-istadju Ennio Tardini ta' Parma, Ibrahimvoic spara xutt bax fit-62 minuta biex għamel l-iskor 1-0. Funderija oħra ta' Ibrahimovic issiġillat ir-rebħa, u magħha kien hemm it-tama tar-rebħ tal-kampjonat li kien il-bogħod minn Roma. Band'oħra, Catania rnexxielhom jiskorjaw gowl tard li dan iffiser li se jilgħabu fl-istaġun li jmiss tas-Serie A u Roma tħallew tlett punti wara Inter. Inter kisbu t-tielet kampjonat konsekuttiv u kellhom iċ-ċelebrazzjoni tard bil-lejl fil-istadju San Siro mal-wasla lura tagħhom f'Milan, fejn kienu ġew ppreżentati bit-trofew tas-Serie A.
 
Wara din ir-rebħa, il-klabb iddeċieda li jkeċċi lil Mancini fid-29 ta' Mejju, minħabba li ċċita d-dikjarazzjonijiet tiegħu wara t-telfa kontra Liverpool fil-UEFA Champions League bħala raġuni.<ref name="mancini_inter">{{ċita aħbar |url=http://www.inter.it/aas/news/reader?N=29393&L=en |editur=FC Internazionale Milano |aċċessdata=29 ta' Mejju 2008 |data=29 ta' Mejju 2008 |titlu=FC Internazionale}}</ref>
 
==Referenzi==