Lucrezia Borgia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 48:
Mill-1499 sal-1502 Lucrezia kienet, b'ħatra papali, il-gvernatriċi ta' [[Spoleto]], [[Foligno]], [[Assisi]] [[Nocera Umbra|Nocera]], [[ Sassoferrato]], [[Visso]], [[Gualdo Cattaneo|Gualdo]], [[Bettona]], [[Trevi]], [[Bevagna]], [[Montefalco]], [[Sangemini]] u tal-abbazija ta' [[Ferentillo]]. Kienet toqgħod Spoleto.<ref> F. Mancini, Lucrezia Borgia governatrice di Spoleto" fl- Archivio storico italiano, 414, 1957, p. 182-187 </ref >
 
Fiż-żmienMatul tatit-tieni żwieġ tagħha, Lucrezia kienet kompletament mitlufa għal kollox fid-dinja ta' missierha, milli jidher mingħajr ma kienet taf kemm kien qarrieq, u konvinta li l-Papa kien jagħmel kollox immexxi biss mill-imħabba immensa li kellu għat-tifla fessuda tiegħu. Allura laqitgħu lil [[Alfonsu ta' Aragona (1481-1500)|Alfonsu ta' Aragona]], li milli jidher kien l-ewwel imħabba ta' ħajjitha. Iż-żgħażagħ simili ħafna, it-tnejn sagrifikati għal raġunijiet tal-istat, malajr sabu ruħhom jaqblu u jħobbu lil xulxin. Kellhom tarbija, Rodrigo Aragona.
Madankollu, il-Papa kellu għanijiet espansjonisti kbar u, minħabba l-inkwiet fuq l-alleanza li kellu ma' Franza, kontra Spanja u Napli, wasal għall-konklużjoni li ż-żwieġ kien piż biss għalih. Alfonsu sar jaf u minkejja li kien iħobbha lil Lucrezia, ħarab biex isalva ħajtu. Il-Papa wieġeb għat-talbiet tal-għażiża bintu biex iġibilha lil żewġha lura, bagħatlu garanzija li jkun salv u ġabu lura. Imbagħad stenna mument propizju.