Joseph Muscat: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 129:
Jumejn wara ġie ffurmat il-[[Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2013|kabinett ta' gvern ġdid]], magħmul minn [[Kabinett tal-Gvern Laburista Malti 2013|14-il Ministru u 8 Segretarji Parlamentari]], wieħed mill-akbar kabinetti fl-istorja politika Maltija. F'dan il-Kabinett inħolqu żewġ Ministeri ġodda: dak għall-Affarijiet Ewropej, u l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Drittijiet Ċivili. Inħolqu 7 segretarjati parlamentari ġodda: dak għall-Ippjanar, dak għall-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea u l-Presidenza Ewropea 2017, dak għall-Kultura u Gvern Lokali, dak għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, dak għall-Agrikoltura s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, dak għall-kompetittivita' u t-Tkabbir Ekonomiku, dak għall-Anzjanita' Attiva u d-Drittijiet ta' Persuni b' Diżabilita', u dak għall-Ġustizzja.
 
=== L-ewwel 100 Jum ===
Fl-ewwel xhur tal-Gvern, saru diversi ħatriet ġodda fosthom Kummissarju ġdid tal-Pulizija, Peter Paul Zammit. [[Franco Debono]] inħatar Kummissarju għal-Liġijiet, u [[Giovanni Bonello]] inħatar President tal-Kummissjoni għar-Riforma fil-Ġustizzja. Tonio Portughese sar iċ-Ċermen ġdid tal-PBS, ix-Xandir Pubbliku, u Reno Bugeja sar il-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet. Wara li nstabu serje ta' abbużi fil-ħabs, irriżenja d-Direttur tal-Ħabs.
 
Fl-ewwel xhur tal-Gvern, saru diversi ħatriet ġodda fosthom Kummissarju ġdid tal-Pulizija, Peter Paul Zammit. [[Franco Debono]] inħatar Kummissarju għal-Liġijiet, u [[Giovanni Bonello]] inħatar President tal-Kummissjoni għar-Riforma fil-Ġustizzja. Tonio Portughese sar iċ-Ċermen ġdid tal-PBS, ix-Xandir Pubbliku, u Reno Bugeja sar il-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet. Wara li nstabu serje ta' abbużi fil-ħabs, irriżenja d-Direttur tal-Ħabs. [[Oliver Friggieri]] nħatar ċermen tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali Maltin. Helen D'Amato kienet konfermata Kummissarju għat-tfal. [[John Dalli]] kien maħtur mill-Gvern biex jagħmel riforma fl-Isptar Mater Dei.
 
Fil-qasam tal-edukazzjoni, il-Gvern Laburista beda strateġija nazzjonali kontra l-illitteriżmu u ħareġ żewġ miljun ewro f’opportunitajiet ġodda ta’ scholarships ta’ Masters u Dottorat.
 
Fil-qasam tax-xogħol beda l-istrateġija ''Jobs+'' bil-għan li l-ħaddiema, b’mod partikolari żgħażagħ, ikunu iktar imħarrġa u jagħtu iktar valur lil min jimpjega. Nieda l-''Global Residence Scheme'' u għamel sejħa għall-interess fl-iżvilupp tal-eks-shipbuilding, bħala parti mill-istrateġija li jagħmel minn Malta hub marittimu tal-aqwa kwalità fil-Mediterran.
 
Naqqas it-tariffi tal-MEPA biex jitnaqqsu l-piżijiet fuq kull min irid jinvesti f’daru jew fuq in-negozju tiegħu.
 
Saret sejħa għall-interess biex ikun żviluppat ''cruise terminal'' f’Għawdex u l-pjan ġdid tal-enerġija, li għalih dsatax-il kumpanija li wrew interess u ħdax li issa ntgħażlu biex jikkompetu għal dan il-proġett.
 
Fil-qasam tad-drittijiet ċivili, il-Gvern emenda l-liġi biex persuna transesswali tkun tista’ tiżżewweġ. Waqqaf ukoll Kunsill Konsultattiv li se jkun qed ifassal il-liġi tal-unjoni ċivili għal koppji tal-istess sess. Ta d-dritt tal-vot lil żgħażagħ ta’ sittax-il sena fl-elezzjonijiet lokali.
 
Neħħa l-liġi tal-preskrizzjoni fuq reati ta’ korruzzjoni politika għall-politiċi u dawk kompliċi magħhom.
 
Fl-elezzjonijiet każwali tal-Elezzjonijiet Ewropej li saru f'April 2013, il-Partit Laburista tella' l-ewwel Membru tal-Parlament Ewropew mara fl-istorja politika Maltija, [[Marlene Mizzi]], li kienet ċermen tas-Sea Malta, u ġabet kważi 24,000 vot.