George Abela: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 20:
 
Nhar it-12 ta' Jannar 2009, il-Prim Ministru [[Lawrence Gonzi]] ħabbar li l-Gvern kien ippropona lil George Abela bħala l-President suċċessiv ta' Malta. Hu kellu jkun is-suċċessur ta' Eddie Fenech Adami li l-ħames snin li kellu fl-irwol ta' [[President ta' Malta]] kienu se jiskadu fl-4 ta' April 2009.<ref>{{ċita web|url=http://www.timesofmalta.com/articles/view/20090110/local/george-abela-to-become-next-president-agreement-between-government-opposition-agreement |titlu=George Abela favourite to become next President |editur=Times Of Malta |data=10-01-2009 |aċċess=04-04-2009 |lingwa=Ingliż}}</ref> Din hi l-ewwel darba fl-istorja ta' Malta li gvern innomina President li ġej mill-partit li jinsab fl-Oppożizzjoni. Il-[[Kamra tad-Deputati ta' Malta|Kamra tad-Deputati]] wriet qbil unanimu fl-elezzjoni interna li saret għall-kandidatura ta' Abela bħala President, u din kienet l-ewwel darba wkoll li l-Parlament espressa kunsens fuq kandidatura għal President mill-1974. Il-voti finali kienu ta' 26 favur u 2 kontra. Nhar l-4 ta' April 2009, George Abela ġie maħtur bħala t-tmien President tar-Repubblika ta' Malta, wara quddiesa solenni kkonċelebrata mill-[[Arċisqof ta' Malta]], Mons. [[Pawlu Cremona]] fil-[[Kon-Katidral ta' San Ġwann]] fil-[[Belt Valletta]].<ref>{{ċita web |url=http://www.independent.com.mt/news.asp?newsitemid=85799 |titlu=George Abela to be sworn in as President today |editur=Malta Independent |data=04-04-2009 |aċċess=04-04-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref> Fil-Palazz Presidenzjali, fil-preżenza tal-Ispiker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, [[Louis Galea]], u l-Prim Ministru, Lawrence Gonzi, Abela wiegħed li "jikkonserva, iħares u jiddefendi l-[[Kostituzzjoni ta' Malta]]".<ref>{{ċita web |url=http://www.timesofmalta.com/articles/view/20090404/local/wrap-up |titlu=New President hopes unity shown in his appointment will blossom |editur=Times Of Malta |data=04-04-2009 |aċċess=04-04-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref>
 
Abela beda inizjattivi ġodda fosthom il-Forum tal-President li iddiskuta fi tliet sessjonijiet ir-Riforma Kostituzzjonali. Huwa beda ukoll il-Premju tal-President għall-Kreattività li għandu l-għan li jgħin fl-iżvilupp ta' talenti ġodda u fit-tkattir ta' ħidma marbuta ma' proġetti tal-arti li jimpenjaw lit-tfal u ż-żgħażagħ fil-komunità. Hemm tliet programmi marbuta mal-Premju- Tfal, Żgħażagħ u Komunità.
 
Mill-2011, fl-aħħar ta' kull sena beda jingħata l-Premju tal-President għall-volontarjat. Ġie mwaqqaf kumitat mmexxi mill-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici, flimkien ma' Anna Bonanno, Dr. Nigel Camilleri u Dr. Andrew Azzopardi li fasslu kriterji u regoli għal dan il-premju tal-Volontarjat, taħt il-Patroċinju tal-President Abela bis-segratarja Darleen Zerafa.
 
==== Community Chest Fund ====