Kuba: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 11:
|ħolqa_demografija = Demografija tal-Kuba
|mottu_nazzjonali = "Patria o Muerte"<br /><small>Patrija jew Mewt</small>
|innu_nazzjonali = ''''[[La Bayamesa]]''''<br /><ref>{{ċita web |url=http://mipais.cuba.cu/cat_en.php?idcat=91&idpadre=83&nivel=2 |titlu=National symbols |editur=Government of Cuba |aċċessdata=2009-09-07}}</ref><!--end lower:-->}}<!--end raise:-->}}<br/><center>[[File:United States Navy Band - La Bayamesa.ogg]]</center>
|lingwi_uffiċjali = [[Lingwa Spanjola|Spanjol]]
|gruppi_etniċi =
Linja 45:
|poż_PGD_PSX_per_capita = 91
|sena_IŻU = 2012
|IŻU = 0.773<ref name=HDI12>{{ċita web |titlu=Costa Rica - Country Profile: Human Development Indicators|url=http://hdrstats.undp.org/en/countries/profiles/CRI.html|accessdate=2013-03-15 |editur=[[UNDP]] |awtur=UNDP Rapport tal-Iżvilupp Uman 2012}}</ref>
|poż_IŻU = 62
|kategorija_IŻU = <span style="color:#090;">għoli</span>
Linja 70:
|noti =
}}
Il-'''Kuba''', uffiċjalment ir-'''Repubblika tal-Kuba''' ([[Lingwa Spanjola|Spanjol]]: ''República de Cuba'' <small>,pronunzja:</small> [reˈpuβlika ðe ˈkuβa] ), huwa pajjiż fil-[[Karibew]]. In-nazzjon tal-Kuba jikkonsisti fil-gżira prinċipali ta' Kuba, il-[[Gżira taż-Żgħożija]], u diversi arċipelagi oħrajn.
 
[[Ħavana]] hija l-akbar belt u l-kapitali ta' dan il-pajjiż. [[San Ġakbu ta' Kuba]] hija t-tieni l-ikbar belt.<ref>{{ċita ktieb |isem=Hugh |kunjom=Thomas |titlu=Cuba; the Pursuit of Freedom |dataoriġinali=Marzu 1971 |editur=Harper & Row |belt=New York |id=ISBN 0-06-014259-6 }}</ref><ref>{{ċita ktieb |isem=Hugh |kunjom=Thomas |titlu=The Slave Trade: The Story of the Atlantic Slave Trade, 1440–1870 |sena=1997 |editur=Simon & Schuster |belt=New York, NY}}</ref>
Linja 80:
== Storja ==
 
[[Kristofru Kolombu]] skopra l-gżira ta’ Kuba fl-1492, u Spanja kkolonizzatha sa mill-1511, u użatha bħala bażi għall-esplorazzjoni tad-Dinja l-Ġdida u l-punt fejn jinġabru l-flotot tagħha. Imsejħa l-“Perla ta’ l-Antille,” Kuba prosperat fis-sekli 17 u 18, b’ħafna ħaddiema lsiera minn Spanja u l-Afrika. Meta fil-bidu tas-seklu 19 ħafna mill-artijiet Amerikani ta’ Spanja saru indipendenti, Kuba baqgħet kolonja. L-iskjavitu`, is-saħħa ta’ l-ekonomija ta’ Kuba bbażata fuq iz-zokkor, kien għadu ma tneħħiex sa l-1886. Gwerra ta’ GĦaxarGħaxar Snin għall-indipendenza (1868–78) ma kinitx biżżejjed. Fl-1895 ġlieda ġdida, mmexxija minn Jose` Martè wasslet għall-Gwerra Spanjol-Amerikana u t-twaqqif tar-repubblika Kubana fl-1898. Dan in-nazzjon ġdid għadda minn taħt diversi dittatorjati, li matulhom il-ħeġġa għar-riforma ħalliet postha għal korruzzjoni u ripressjoni, l-aktar taħt Gerardo Machado (1925–33) u s-suċċessur tiegħu, Fulgencio Batista y Zaldgvar.
 
Fl-1 ta’ Jannar 1959, [[Fidel Castro]] ħa t-tmexxija tal-pajjiż wara rivoluzzjoni popolari kontra d-dittatur Batista. Castro mill-ewwel beda jwettaq programm ta’ riformi ekonomiċi u soċjali iżda mingħajr ma ta lura lill-pajjiż il-libertajiet li kien wiegħed qabel ma ħa l-poter. Dawk li bdew jopponuh intefgħu l-ħabs jew inqatlu. Bil-mod il-mod, Castro innazzjonalizza kollox, ħafna drabi mingħajr ma ta xi kumpens lis-sidien ta’ qabel tal-kumpaniji. Fl-1962 l-Amerika mponiet embargo fuq l-esportazzjoni minn Kuba li ħalla effett ħażin fuq l-ekonomija Kubana. Ir-relazzjonijiet bejn Kuba u l-Amerika komplew jiħżienu fil-bidu tas-snin 60 meta madwar 1,400 Kuban imħarrġin mic-CIA Amerikana ppruvaw jinvadu lil Kuba biex ineħħu lil Castro mill-poter, fil-magħrufa Bay of Pigs (1961), disfatta kbira għall-Gvern ta’ Kennedy. Fl-1962 qamet il-kriżi tal-missili nukleari tal-Unjoni Sovjetika f’Kuba li wasslet biex is-Sovjetiċi jirtiraw il-missili fuq l-insistenza ta’ l-Amerikani. L-involviment ta’ Kuba fl-Amerika ċentrali, l-Afrika u l-Karibew komplew żiedu l-antipatija lejhom min-naħa ta’ l-Amerikani. F’pajjiżu, Castro rnexxielu jeqred kważi għal kollox l-illiteratiżmu, iżda l-ekonomija kellha bżonn għajnuna kbira. Il-bidliet kbar li seħħew fis-snin tmenin fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa tal-Lvant, u t-tmiem ta’ l-Unjoni Sovjetika ħallew lil Kuba iżolata politikament, filwaqt li l-embargo ta’ l-Amerikani kompla jagħmel ħafna ħsara lill-ekonomija Kubana. Fi Frar 1996, jet fighters Kubani waqqgħu żewġ ajruplani Amerikani li kienu qed ituru fl-ispazju ta’ l-ajru Kuban. L-embargo Amerikan sar iktar strett. Fil-21 ta’ Jannar 1998 il-Papa Ġwanni Pawlu II beda żjara f’Kuba fejn appella biex “Kuba tinfetaħ għad-dinja u d-dinja għal Kuba.”.
Linja 89:
{{Amerika ta' Fuq}}
[[Kategorija:Kuba]]
[[Kategorija:Repubbliki]]
[[Kategorija:Pajjiżi tal-Karibew]]