Lawrence Gonzi: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 217.71.180.22 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' 77.71.201.226
Linja 40:
=== Priministru 2004-2013 ===
 
Wara r-riżenja tal-eks-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista [[Eddie Fenech Adami]], Gonzi rebaħ l-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f'elezzjoni li saret fi [[Frar]] [[2004]]. Hu laħaq Prim Ministru f'[[Marzu]] tal-istess sena.
 
Mill-2004 huwa żamm il-Ministeru tal-Finanzi f'idejh. Bħala Ministru tal-Finanzi huwa rnexxielu jġib lil Malta fil-pożizzjoni biex tikkwalifika għall-[[kriterji ta' Maastricht]] sabiex tidħol fiż-[[Żona Ewro]] u tadotta l-munita ewlenija Ewropea, l-[[ewro]].
Linja 46:
Gonzi kellu jiffaċċja l-ewwel elezzjoni bħala Kap tal-Partit u Prim Ministru ta' Malta fl-2008. Waqt il-kampanja elettorali Gonzi ta importanza kbira lill-ambjent fejn jara l-ambjent l-akbar sfida li Malta għanda tiffaċja. Fit-[[8 ta' Marzu]] [[2008]], il-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'distakk minimu ta' kważi 1,500 vot fuq il-[[Malta Labour Party|Partit Laburista]] immexxi minn [[Alfred Sant]], li wara din it-tielet telfa konsekuttiva, irriżenzja minn kap tal-partit. Jumejn wara din ir-rebħa Gonzi ġie konfermat mill-ġdid bħala Prim Ministru. Kif kien stqarr qabel l-elezzjoni, Gonzi ma baqax fil-kariga ta' Ministru tal-Finanzi. Fil-fatt huwa żamm l-[[MEPA|Awtorità tal-Ippjanar]] u s-settur tat-[[turiżmu]] taħt l-uffiċċju tiegħu direttament.
 
=== Franco Debono jwaqqa' l-Gvern ===
 
Nhar l-10 ta' Diċembru 2012, id-deputat Nazzjonalista [[Franco Debono]] flimkien mal-Oppożizzjoni Laburista vvutaw fil-Parlament kontra l- Baġit imressaq ġimagħtejn qabel u allura dan m’għaddiex b’35 vot kontra l-34 favur, u l-Gvern waqa’. Dan ġiegħel lill-Priministru Gonzi jmur l-għada għand il-President tar-Repubblika Dr George Abela fil-Palazz il-Belt biex jissuġġerilu li l-Parlament jiġi xolt u tissejjaħ elezzjoni ġenerali bil-Parlament ixolji fis-7 ta’ Jannar, 2013, waqt li l-elezzjoni ġenerali ssir fl-istess jum mal-elezzjoni tal- kunsilli lokali, jiġifieri s-Sibt 9 ta’ Marzu 2013.
 
=== Kap tal-Oppożizzjoni ===
 
Nhar l-10 ta' Marzu filgħodu tħabbar li l-[[Partit Laburista (Malta)|Partit Laburista]] għamel waħda mill-akbar rebħiet elettorali fl-istorja politika ta' Malta, meta rebaħ l-[[Elezzjonijiet Ġenerali 2013]] b'maġġoranza ta' 55% jew 35,000 vot u jista' jkollu vantaġġ ta' disa' siġġijiet fil-Parlament. Gonzi mill-ewwel ikkonċeda t-telfa u feraħ lill-Priministru l-ġdid [[Joseph Muscat]]. Huwa ħabbar li kien se jirriżenja minn Kap tal-Partit u kien se jibqa' fil-kariga sakemm il-Partit jagħżel Kap ġdid.
===Joseph il-King ta Malta===
D Best
 
==Ħoloq esterni==